STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL: Is-Sur Jesmond Gatt maħtur Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji
pr230212
08/02/2023
Wara laqgħa tal-Kumitat għall-Ħatriet Pubbliċi li saret nhar l-Erbgħa 8 ta’ Frar 2023, il-kumitat irrakkomanda l-ħatra tas-Sur Jesmond Gatt bħala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji.
Is-Sur Gatt serva bħala Chairman tal-Aġenzija Maltija kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) għal dawn l-aħħar tliet snin u f’karigi eżekuttivi differenti fi ħdan il-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana awgura lis-Sur Gatt għall-kariga l-ġdida tiegħu, filwaqt li rringrazzja lill-Prof. John Mamo għas-servizz tiegħu lejn l-istess awtorità għal dawn l-aħħar ħames snin.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en