Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 22 tifel se jagħmlu użu minn kamra multi-sensorjali ġdida fl-iskola tas-Seminarju

pr230197
Date Icon 07/02/2023

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli flimkien mal-Ministru Clifton Grima ħabbru li 22 tifel se jkunu qegħdin jagħmlu użu minn kamra multi-sensorjali ġdida fl-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof, fir-Rabat.

Dan ħabbruh waqt l-inawgurazzjoni tal-kamra multi-sensorjali għal tfal li jattendu l-istess skola u li qegħdin fuq l-ispettru tal-awtiżmu jew li għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD.

B'fondi mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, il-kamra hija mgħammra, b'apparat fiżiku, projector, tapit tal-lasktu u tagħmir ieħor.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li huwa kruċjali li l-inklużjoni u l-aċċessibilità jkunu mifruxin f'postijiet differenti fis-soċjetà tagħna, speċjalment f'dawk il-postijiet fejn it-tfal iqattgħu l-aktar ħin, fosthom l-iskola. “Huwa ta' sodisfazzjon li permezz tal-ħidma tal-Gvern u tal-fiduċja li wriet l-iskola, se nassiguraw li 22 tifel fuq l-ispettru tal-awtiżmu jew bil-kundizzjoni tal-ADHD jirċievu l-edukazzjoni tagħhom b'modi differenti," tenniet il-Ministru Farrugia Portelli.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima tkellem dwar il-ħidma li qed issir fl-iskejjel biex ikunu mgħammra b'dak kollu meħtieġ għall-bżonnijiet tal-istudenti kollha. “Fl-iskejjel li qed nirrinovaw jew nibnu mill-ġdid qed nagħtu importanza li jkun hemm kmamar li jilħqu l-ħtiġijiet varji tal-istudenti kollha. Spazji sensorjali jgħinu wkoll biex itejbu l-involviment tal-individwi li jagħmlu użu minnhom," qal il-Ministru Grima.

Is-Surmast tal-iskola Rev. Fr. Mark Ellul qal li, bħal kull skola oħra, il-ħtiġijiet tal-istudenti matul is-snin saru aktar varjati. Huwa spjega li għal xi studenti l-kurrikulu prinċipali jista' jkun inaċċessibbli, u din il-kamra multi-sensorjali se tkun qed tagħmel differenza kbira għall-ħajja skolastika u t-tagħlim ta' dawn l-istudenti. “Aħna grati ħafna li ġejna mogħtija dawn il-fondi biex ngħinu lil dawn l-istudenti jilħqu l-potenzjal tagħhom," saħaq Fr. Ellul.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 22 tifel se jagħmlu użu minn kamra multi-sensorjali ġdida fl-iskola tas-Seminarju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 22 tifel se jagħmlu użu minn kamra multi-sensorjali ġdida fl-iskola tas-Seminarju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 22 tifel se jagħmlu użu minn kamra multi-sensorjali ġdida fl-iskola tas-Seminarju
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow