Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Is-Sur Mauro Farrugia maħtur bħala Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri

PR230178
Date Icon 03/02/2023

Is-Sur Mauro Farrugia ġie maħtur bħala Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri.

Il-ħatra tiegħu saret mill-President ta' Malta George Vella, fuq rakkomandazzjoni mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, wara deċiżjoni mill-Kabinett.

Is-Sur Farrugia għandu 45 sena u ġej minn snin twal ta' esperjenza permezz tal-ħidma tiegħu fl-oqsma soċjali, fejn hu anke okkupa diversi rwoli ta' tmexxija fis-servizz pubbliku.

Hu gradwat b'Baċellerat fil-Psikoloġija mill-Università ta' Malta, u ħadem fost oħrajn b'mod dirett fis-setturi tad-diżabilità, taż-żgħażagħ bi sfidi ta' imġieba diffiċli, fil-multikulturaliżmu u ma' nies li jkunu qed ifittxu l-ażil, kif ukoll ma' persuni f'sitwazzjonijiet soċjali diffiċli.

Il-kariga uxxenti tiegħu hi dik ta' Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Ħarsien ta' Persuni li qed ifittxu l-Ażil.

Il-Ministru Byron Camilleri awgura lill-Mauro Farrugia l-ħidma t-tajba fil-kariga ġdida fdata lilu. Dr Camilleri qal li l-irwol ta' Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri għandu jkompli jiġi msaħħaħ fuq il-pedamenti sodi li hemm u li jsegwi l-iżvilupp kontinwu li hemm għaddej fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Fil-faċilitajiet korrettivi għandu jissokta l-impenn li pajjiżna jibqa' jkollu ħabs sigur u ordnat, filwaqt li jkomplu jiġu implimentati iżjed programmi rijabilitattivi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Is-Sur Mauro Farrugia maħtur bħala Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow