Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 46 uffiċjal ġdid fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi fejn 26% huma nisa

pr230176
Date Icon 03/02/2023

46 rekluta ħadu l-ġurament bħala uffiċjali ġodda fi ħdan l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, fejn 26% minn dawn huma uffiċjali nisa. Il-ħatra ta' dawn l-uffiċjali saret il-Ħamis filgħaxija, fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Christopher Siegersma.

Dawn l-uffiċjali għaddew minn kors intensiv ta' 16-il ġimgħa li beda f'Ottubru li għadda u li nkluda fost oħrajn: taħriġ akkademiku, taħriġ fiżiku, taħriġ tal-ewwel għajnuna, tifi tan-nar, u anke saħħa mentali flimkien mal-Fondazzjoni Richmond, fost diversi suġġetti oħra.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Byron Camilleri appella lill-uffiċjali l-ġodda li għandhom ikunu mhux biss il-kustodji tal-priġunieri u allura tal-ġustizzja fil-prattika, iżda aġenti tar-rijabilitazzjoni, dan għaliex xogħolhom mhuwiex sempliċi impjieg iżda vokazzjoni fejn iridu jgħinu lil ħaddieħor.

Il-Ministru Camilleri tkellem ukoll dwar il-miri tal-gvern għall-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-Faċilitajiet Korrettivi. “Komplu ibnu fuq il-ħafna tajjeb li sar fl-aħħar snin hekk kif il-ħabs tal-llum ma jintarafx minn ftit snin ilu. Aħdmu sabiex persuni li jkunu ġew hawnhekk sabiex jiskontaw sentenza jirritornaw lura fis-soċjetà bħala persuni aħjar", temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Ezekuttiv Christopher Siegersma għamel riferenza għax-xogħol kbir li sar fi ħdan il-Faċilitajiet Korrettivi id f'id mal-fondazzjonijiet li jaħdmu fi ħdan l-istess faċilitajiet, partikolarment ir-RiSe u mid-Dlam għad-Dawl.

“Irid insemmi li apparti mid-dmirijiet tagħna li nassiguraw li r-residenti hawn ġew jiskontaw is-sentenza mogħtija mil-liġi jagħmlu dan b'osservanza tar-regoli u b'rispett lejkom, daqs tant ieħor huwa importanti ħafna li intom turu l-istess rispett lejn mhux biss il-kollegi tagħkom, iżda anke lejn l-istess residenti. Ġaladarba ġejtu mħarrġa f'diversi suġġetti, tafu li xi kultant anke kelma taf tagħmel id-differenza ma' xi ħadd li qiegħed hawn ġew," temm jgħid is-Sur Siegersma.

Il-premju tal-aqwa rekluta ngħata lil TCO 07 Magdylon Briffa, li ġab l-ogħla marki f'kull taħriġ li sar matul ir-reklutaġġ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 46 uffiċjal ġdid fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi fejn 26% huma nisa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 46 uffiċjal ġdid fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi fejn 26% huma nisa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow