Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-Awtorità Maltija tal-Mediċini sservi bħala mudell għal pajjiżi oħra

PR230175
Date Icon 02/02/2023

L-Awtorità Maltija tal-Mediċini, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, qed isservi bħala mudell għall-Awtorità responsabbli mill-Mediċini tal-Montenegro sabiex tilħaq l-istandards stabbiliti mill-istess Kummissjoni Ewropea. Dan hekk kif dawn l-istandards huma wħud mill-kriterji li l-Montenegro trid tissodisfa sabiex tiffaċilita d-dħul tagħha fl-Unjoni Ewropea.

Dan intqal waqt żjara li għamel l-Istitut tal-Mediċini u l-Mezzi Mediċinali tal-Montenegro fl-uffiċċji tal-Awtorità Maltija tal-Mediċini u li għaliha attenda l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela flimkien mat-tmexxija tal-Awtorità Maltija tal-Mediċini.

Id-Direttur Maniġerjali ta' dan l-istitut Dr Snežana Mugoša u d-Deputat Direttur Dr Mira Kontić, spjegaw kif tul din iż-żjara ddiskutew l-oqsma ta' koperazzjoni ma' pajjiżna b'rabta mar-regolazzjoni fil-qasam tal-mediċini u l-mezzi mediċinali.

Dan jinkludu taħriġ kif ukoll opportunitajiet ta' mentoring bħala parti mill-proġett “Twinning Light" tal-Unjoni Ewropea.

It-tmexxija tal-Istitut tal-Mediċini u l-Mezzi Mediċinali tal-Montenegro sostniet kif l-għażla ta' Malta bħala mudell ta' tmexxija f'dan il-qasam hija bbażata fuq il-kompetenza eċċellenti tagħha fil-qasam.

B'reazzjoni għal dan il-Ministru Jo Etienne Abela sostna li “żjara bħal din tkompli tpoġġi lil pajjiżna fiċ-ċentru biex issir medical hub ta' importanza. Dan huwa ukoll ċertifikat ta' ħidma eċċellenti li qed twettaq l-Awtorità Maltija tal-Mediċini."

Min-naħa tiegħu, il-Professur Anthony Serracino Inglott, li huwa ċ-Chairperson tal-Awtorità Maltija tal-Mediċini, qal li “matul din iż-żjara ġew diskussi l-oqsma ta' koperazzjoni ma' pajjiżna b'rabta mar-regolazzjoni fil-qasam tal-mediċini u l-mezzi mediċinali. Dawn jinkludu taħriġ u opportunitajiet ta' mentoring."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-Awtorità Maltija tal-Mediċini sservi bħala mudell għal pajjiżi oħra
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-Awtorità Maltija tal-Mediċini sservi bħala mudell għal pajjiżi oħra
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-Awtorità Maltija tal-Mediċini sservi bħala mudell għal pajjiżi oħra
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow