Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Fi tmiem il-ġimgħa, 50,000 anzjan jirċievu €19.2 miljun f’benefiċċji soċjali

PR230174
Date Icon 02/02/2023

Fi tmiem din il-ġimgħa, madwar 50,000 anzjan u anzjana se jibbenefikaw minn total ta' €19.2 miljun, hekk kif se jirċievu l-ħlas ta' żewġ benefiċċji soċjali oħrajn marbuta ma' din il-faxxa ta' persuni. Dawn il-benefiċċji se jkunu l-bonus għal dawk il-persuni li ma ħallsux biżżejjed kontribuzzjonijiet sabiex jibbenefikaw minn pensjoni u l-għotja għal ċittadini ta' 'l fuq minn 75 sena.

12,262 persuna li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni kontributorja ser jirċievu l-bonus b'żieda ta' €50 fuq is-sena l-oħra. B'hekk, dawk li ħallsu 4 snin kontribuzzjonijiet se jirċievu €450, filwaqt li dawk li ħallsu bejn 5 snin u 9 snin f'kontribuzzjonijiet se jirċievu €550.

Għalhekk, il-gvern se jinvesti €6.2 miljun, u din se tkun il-ħames żieda fil-bonus minn meta beda fl-2015 taħt din l-amministrazzjoni, bin-nefqa tiżdied erba' darbiet aktar meta mqabbel mal-2015.

Permezz ta' tibdiliet li saru mill-2020 'l hawn, persuna issa tista' tibbenefika minn dan il-bonus filwaqt li tikkwalifika wkoll għall-għotja li tingħata meta tagħlaq il-75 sena. Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Mark Musù.

Il-Ministru Michael Falzon qal li dawn iż-żewġ pagamenti huma xhieda oħra ta' kemm dan il-gvern jemmen fil-pensjonanti li ta' kull sena jgawdu minn bosta żidiet finanzjarji. “Il-pensjonanti kollha jafu fejn qegħdin ma' dan il-gvern għaliex għandu pjan ċar dwar kif jista' jkompli jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja ta' kull pensjonant", qal il-Ministru Michael Falzon.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musù tkellem dwar pagament ieħor li se jasal fi tmiem il-ġimgħa, dak tal-ħlas tal-għotja taċ-ċittadini li għandhom 75 sena jew aktar. Dawn il-pagamenti se jirċevuhom 37,208 persuna li għandhom 75 sena jew aktar u li jgħixu fi djarhom jew flimkien mal-qraba, kif ukoll lil dawk l-anzjani li jħallsu minn buthom biex jgħixu fi djar tal-kura privati.

Dawk fl-età bejn 75 u 79 sena jirċievu €300 fis-sena filwaqt li dawk fl-età ta' 80 sena jew aktar jirċievu €400 fis-sena.

Persuni li jagħlqu 75 sena matul is-sena jkunu eliġibbli wkoll, iżda l-ħlas tagħhom jkun prorata skont meta jagħlqu l-età rispettiva. Imbagħad mill-2024 'l quddiem l-għotja jibdew jirċevuha sħiħa.

B'kollox, il-pagamenti ta' din il-ġimgħa jlaħħqu kważi €13-il miljun. Din is-somma matul is-sena tkompli tiżdied, kemm minħabba benefiċjarji ġodda kif ukoll għall-fatt li dawk li jagħlqu 80 sena jibdew jitħallsu aktar.

“Għandna nkunu kburin quddiem dawn ir-riżultati u kommessi li nkomplu nsarrfu din il-fiduċja tan-nies f'aktar benefiċċji u miżuri b'saħħithom. F'pajjiżna dejjem nitkellmu dwar kif se nsaħħu dawn il-benefiċċji, bil-għan aħħari jkun dak li nsaħħu l-kwalità tal-ħajja ta' kulħadd", temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Fi tmiem il-ġimgħa, 50,000 anzjan jirċievu €19.2 miljun f’benefiċċji soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Fi tmiem il-ġimgħa, 50,000 anzjan jirċievu €19.2 miljun f’benefiċċji soċjali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow