Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo jħabbar għajnuna finanzjarja għas-settur tal-apikultura

pr230169
Date Icon 01/02/2023

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar għajnuna finanzjarja mmirata lejn in-naħħala f'pajjiżna biex isservi ta' għajnuna għall-konsegwenzi li ġarrbu mill-bagħal taż-żunżan.

Il-Ministru Anton Refalo sostna kif “permezz tal-għajnuna finanzjarja is-settur ser ikun jista' jinvesti fit-tagħmir biex jiġi kkontrollat dan l-insett u fl-istess waqt jibda l-proċess ta' ripopolazzjoni minħabba l-fatt li dan iż-żunżan ħalla impatt negattiv fuq il-popolazzjoni tan-naħal f'pajjiżna.''

Min-naħa tiegħu id-Direttur għall-Agrikoltura Marco Dimech, spjega kif din l-għajnuna finanzjarja ser tkun qiegħda tingħata lin-naħħala reġistrati. Fil-jiem li ġejjin, id-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji ser ikun qed jibgħat b'mod dirett l-applikazzjoni lin-naħħala, liema applikazzjoni ser twassal sabiex jingħataw din l-għajnuna finanzjarja.

Minkejja l-fatt li bħalissa l-preżenza tal-bagħal taż-żunżan hija waħda minima, din l-iskema qiegħda tiġi mħabbra ftit gimgħat qabel tibda r-Rebbiegħa li matulu l-irġejjen jibdew jagħmlu l-bejtiet sabiex jifformaw il-kolonja tagħhom, liema rġejjen kapaċi jipproduċu mal-elf bagħal taż-żunżan. Għalhekk f'dan iż-żmien in-naħħala permezz ta' din l-iskema ser jinvestu fit-tagħmir meħtieġ sabiex jinqabdu kemm jista' jkun irġejjen u b'hekk il-popolazzjoni tal-bagħal taż-żunżan tibda tonqos.

Intant, fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed titnieda kampanja ta' informazzjoni biex il-pubbliku wkoll ikun jista' jieħu l-passi meħtieġa dwar dan l-insett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo jħabbar għajnuna finanzjarja għas-settur tal-apikultura
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo jħabbar għajnuna finanzjarja għas-settur tal-apikultura
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow