Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Ir-riżultati qegħdin juru li t-turiżmu f’pajjiżna qiegħed jirkupra

pr230168
Date Icon 01/02/2023

Il-wasliet ta' turisti fl-2022 kienu ta' 83% tal-livelli li kellna fl-aħħar sena ta' qabel il-pandemija filwaqt li t-tul medju ta' ljieli kien marġinalment ogħla minn dak irreġistrat fl-2019. Sussegwentament, in-nefqa medja ta' kuljum għat-turisti kienet ta' €121.86, li hija 9.4% ogħla mil-livell ta' nfiq reġistrat fl-2019, l-istess sena li Malta rreġistrat rekord fit-turiżmu.

Dawn iċ-ċifri nħarġu waqt preżentazzjoni li għamlet il-kumpanija Deloitte waqt attività tal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandiera u r-Restoranti li trattat ir-riżultat turistiċi miksuba fl-aħħar kwart tas-sena preċedenti.

Waqt din l-attività, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li dawn iċ-ċifri huma inkoraġġanti u juru li l-industrija tat-turiżmu kellha rkupru b'saħħtu ħafna mill-effetti tal-pandemija. “Irridu nsostnu dawn l-isforzi u rridu naħdmu aktar, prinċipalment biex niżguraw riżultati aħjar. Għalhekk, se nkomplu ntejbu l-konnettività bl-ajru, ser inkabbru l-isforzi ta' reklamar tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fis-swieq primarji u sekondarji, u nsaħħu l-investiment pubbliku fir-riġenerazzjoni taż-żoni turistiċi," saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Huwa żied jgħid li s-sena li għaddiet kienet kruċjali għall-industrija tat-turiżmu biex jaraw x'irkupru kien se jkollhom wara l-pandemija fil-kuntest li sa sena ilu kienu għadhom bir-restrizzjonijiet.

Il-Ministru Bartolo temm billi qal li t-triq 'il quddiem se tpoġġi enfasi aktar qawwija fuq is-sostenibbiltà, il-kwalità u l-awtentiċità tal-Gżejjer Maltin bħala destinazzjoni li tipprovdi esperjenza ħolistika lil kull viżitatur li jiġi fostna fis-snin li ġejjin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Ir-riżultati qegħdin juru li t-turiżmu f’pajjiżna qiegħed jirkupra
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow