Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Soċjetajiet mużikali jibbenifikaw minn fondi biex isiru aktar inklussivi u aċċessibbli

pr230143
Date Icon 29/01/2023

Disa' soċjetajiet mużikali madwar Malta u Għawdex se jkunu qegħdin jibbenifikaw minn fondi maħruġin mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur taħt l-iskema Soċjetajiet Mużikali Aktar Inklussivi.

B'investiment ta' €100,000, l-għan prinċipali tal-iskema huwa li tissaħħaħ l-inklużjoni ħolistikament u jitwettqu proġetti li fost affarijiet oħrajn itejbu l-aċċessibilità kif ukoll iżidu l-parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabilità.

Waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-ittri ta' impenn lid-disa' soċjetajiet mużikali, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li l-Istrateġija Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità titkellem b'mod ċar dwar id-dritt li persuni b'diżabilità jkollhom aċċess għall-kultura u l-arti f'pajjiżna. Saħqet li, “Din l-iskema qed tgħin biex is-soċjetajiet mużikali fl-ibliet u rħula Maltin u Għawdxin jinvestu biex jilħqu dan l-għan."

Il-proġetti li se jkunu qegħdin jimmaterjalizzaw permezz ta' din l-iskema jvarjaw minn ristrutturar infrastrutturali għal aktar aċċessibilità sa apparat teknoloġiku biex attivitajiet kulturali jkunu jistgħu jixxandru fuq il-midja soċjali.

Id-disa' soċjetajiet mużikali li bbenefikaw mill-iskema huma; St. Philip Band Club AD 1851 Ħaż-Żebbuġ, Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri Ħal Qormi, Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħal Kirkop A.D. 1886, Għaqda Mużikali San Ġużepp Għaxaq, Soċjetà Mużikali Sant'Antnin Birkirkara, 12th May Band and Social Club Ħaż-Żebbuġ, Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa, Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun u Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi.

Għaċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Permanenti Nancy Caruana u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju Mauro Pace Parascandolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Soċjetajiet mużikali jibbenifikaw minn fondi biex isiru aktar inklussivi u aċċessibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Soċjetajiet mużikali jibbenifikaw minn fondi biex isiru aktar inklussivi u aċċessibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Soċjetajiet mużikali jibbenifikaw minn fondi biex isiru aktar inklussivi u aċċessibbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow