Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitnieda l-kalendarju ta' Heritage Malta b'aktar minn 70 attività għall-ewwel sitt xhur tal-2023

pr230087
Date Icon 19/01/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-kalendarju ta' Heritage Malta b'aktar minn 70 attività għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, fejn qed tiġi preżentata għażla wiesgħa ta' avvenimenti u esperjenzi li jistgħu jitgawdew minn nies ta' kull età.

Waqt it-tnedija tal-kalendarju, il-Ministru Bonnici qal li dawn l-inizjattivi jservu ta' opportunità sabiex iressqu lill-pubbliku lejn diversi aspetti tal-istorja u l-kultura Maltija.

“Dan il-programm tal-lum huwa ħolqa oħra minn ħidma sħiħa li twassal biex tingħata tifsira ġdida tal-aċċessibbiltà għall-patrimonju tagħna. Aktar minn hekk, tifsira ġdida lill-patrimonju li ma rriduhx ikun ġo vetrina biex inħarsu lejh u nistagħġbu bih biss imma ngħixuh u nħossuh għax huwa dak li jagħmilna bħala poplu," qal Dr Bonnici.

Il-kalendarju, li jkopri l-perjodu sal-aħħar ta' Ġunju, huwa immirat lejn it-tfal, iż-żgħażagħ, l-akkademiċi kif ukoll il-pubbliku ġenerali. L-attivitajiet ivarjaw minn esperjenzi ta' gost u tagħlim għat-tfal għal wirjiet, rappreżentazzjonijiet minn atturi, attivitajiet għall-membri ta' Heritage Malta, taħdidiet minn kuraturi, tours tematiċi, ftuħ speċjali ta' siti magħluqin, dawriet fuq il-baħar, mixjiet b'tema storika, esperjenzi fl-ekwinozju, kif ukoll ikliet organizzati minn Taste History li hija l-fergħa gastronomika ta' Heritage Malta.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, Noel Zammit, qal li bħala l-protettur ta' aktar minn 8,000 sena ta' storja, l-aġenzija għandha l-missjoni li tħares il-wirt kulturali ta' pajjiżna u tagħmlu aċċessibbli għal kulħadd, kemm fiżikament kif ukoll virtwalment, u b'hekk tikkontribwixxi biex l-identità kulturali ta' Malta tkun apprezzata aktar.

“Dan huwa dak li Heritage Malta tipprova twettaq kuljum bl-aħjar mod possibbli, u dan huwa l-għan ewlieni tal-kalendarju ta' attivitajiet," spjega s-Sur Zammit.

Aktar tagħrif dwar l-attivitajiet ta' Heritage Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena jinsabu hawn: https://issuu.com/heritagemt/docs/hm_events_calender_issuu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow