Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Aktar għajnuna għal persuni b’diżabilità mill-Awtorità tad-Djar

pr230070
Date Icon 17/01/2023

Il-benefiċċji mogħtija b'rabta ma' diżabilità, b'mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2023, mhumiex se jibqgħu jingħaddu fil-komputazzjoni tat-test tal-mezzi mill-Awtorità tad-Djar. B'hekk se tkun qed titwettaq l-ewwel miżura tal-Baġit 2023 tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes qal li permezz ta' din il-miżura, se jiżdiedu aktar persuni li se jkunu eliġibbli għall-Benefiċċju tal-Kera, li matul is-snin ġie msaħħaħ u li llum il-ġurnata, aktar minn 4,000 persuna qegħdin jibbenefikaw minnu.

Il-ministru żied jgħid li uħud mill-persuni b'diżabilità li diġà qegħdin jirċievu il-Benefiċċju tal-Kera, jista' jkun ukoll li jaraw żieda b'mod immedjat fil-benefiċċju li diġà jirċievu.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa qal li l-viżjoni tal-Awtorità tad-Djar dejjem tħares li twessa' l-operat tagħha fis-settur tal-akkomodazzjoni b'mod ħolistiku u għalhekk din il-miżura ser tkun qed tiġi implimentata f'ekosistema li tassigura titjib fil-kwalità tal-ħajja ta' kull individwu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Aktar għajnuna għal persuni b’diżabilità mill-Awtorità tad-Djar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Aktar għajnuna għal persuni b’diżabilità mill-Awtorità tad-Djar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow