Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Inawgurat Nursing Simulator t’istitut edukattiv privat

PR230065
Date Icon 16/01/2023

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura nursing simulator ġdid tal-istituzzjoni edukattiva Idea Academy fil-Mosta, li sservi sabiex tħarreġ b'mod prattiku lill-infermiera li jattendu l-korsijiet fl-istess istituzzjoni.

Id-Deputat Prim Ministru Fearne fakkar kif l-infermiera kollha li jiggradwaw mill-istituzzjonijiet edukattivi Maltin jingħataw opportunità ta' xogħol mas-settur tas-saħħa pubblika. Filwaqt li rrefera għall-isforzi kontinwi tal-Awtoritajiet għas-Saħħa sabiex iktar żgħażagħ jersqu lejn din il-vokazzjoni, spjega li d-domanda għall-infermiera ġodda tirrikjedi li l-Gvern jirrikluta infermiera barranin ukoll.

Id-Deputat Prim Ministru faħħar lill-istituzzjonijiet edukattivi Maltin tal-livell għoli ta' taħriġ li joffru lill-istudenti tal-infermerija, fejn saħansitra jsirilhom taħriġ f'simulaturi bħal dak inawgurat tal-IDEA Academy, fuq manekkini f'ambjent ta' sala sabiex dawn ikunu kunfidenti jaħdmu f'din l-atmosfera ladarba jibdew jitħarrġu fuq il-pazjenti.

Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru ta rendikont tas-sitwazzjoni tal-influenza u tal-COVID fil-pajjiż fejn stqarr li s'issa n-numri ta' persuni rikoverati l-isptar bi problemi respiratorju għadu taħt kontroll. Madanakollu reġa' ħeġġeġ lil min għadu ma ħax it-tilqimiet sabiex jagħmel dan f' wieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa bejn l-10am-5pm, mingħajr il-ħtieġa t' appuntament.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Maniġerjali tal-Idea Group, Silvio Debono spjega kif il-korsijiet tal-istituzzjoni edukattiva huma mmirati għall-adulti li jixtiequ jkomplu bl-istudji tagħhom fil-qasam tas-saħħa. Huwa qal li minn kemm ilhom jiġu offruti korsijiet relatati mal-qasam tas-saħħa f'din l-akkademja ggradwaw 150 professjonist mediku, filwaqt li bħalissa qed ikomplu l-istudju tagħhom mat-300 student tas-saħħa oħra.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Inawgurat Nursing Simulator t’istitut edukattiv privat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Inawgurat Nursing Simulator t’istitut edukattiv privat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Inawgurat Nursing Simulator t’istitut edukattiv privat
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow