Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitlesta r-restawr tal-Għajn ta’ Bendu fil-Fontana – aktar ħidma sabiex jiġu mħarsa s-siti storiċi

pr230033
Date Icon 11/01/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri inawgura l-proġett ta' restawr tal-Għajn ta' Bendu, sit storiku li jinsab proprju faċċata tal-Għajn il-Kbira fi Pjazza l-Għejjun, il-Fontana.

Il-Ministru Camilleri stqarr li “Kommessi li nkomplu ninvestu fil-wirt kulturali tagħna għaliex dan huwa wirt missirijietna li jagħmilna dak li aħna llum u jagħtina identità. Fuq kollox l-esperjenza wrietna li kemm in-nies lokali, l-Għawdxin u r-residenti kif ukoll dawk li jżuruna japprezzaw il-wirt tanġibbli li għandna fil-Gżira ta' Għawdex. Xhieda ta' dan huwa l-premju tar-Regiostars li rebħet iċ-Ċittadella ftit tal-ġimgħat ilu."

Min-naħa tiegħu d-Direttur għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex John Xuereb spjega li s-sena l-oħra waqgħet parti mis-saqaf ta' dan is-sit u bħala prekawzjoni ngħalaq minnufih għall-pubbliku. Fl-istess ħin il-Kunsill Lokali tal-Fontana daħħal applikazzjoni t'emerġenza lill-Awtoritajiet tal-Ippjanar sabiex isir xogħol ta' tiswija.

Ix-xogħol kollu sar mit-Taqsima tar-Restawr tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan Ministeru għal Għawdex.

Il-Ministru Clint Camilleri rringrazzja lill-ħaddiema kollha li ħadmu fuq dan ir-restawr filwaqt li temm jgħid li huwa kruċjali li nkomplu nieħdu ħsieb il-wirt kulturali tagħna li hu wieħed mir-raġunijiet prinċipali għaliex bosta viżitaturi jagħżlu li jqattgħu l-vaganzi tagħhom fil-gżira Għawdxija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitlesta r-restawr tal-Għajn ta’ Bendu fil-Fontana – aktar ħidma sabiex jiġu mħarsa s-siti storiċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitlesta r-restawr tal-Għajn ta’ Bendu fil-Fontana – aktar ħidma sabiex jiġu mħarsa s-siti storiċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitlesta r-restawr tal-Għajn ta’ Bendu fil-Fontana – aktar ħidma sabiex jiġu mħarsa s-siti storiċi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitlesta r-restawr tal-Għajn ta’ Bendu fil-Fontana – aktar ħidma sabiex jiġu mħarsa s-siti storiċi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow