Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u l-Ġermanja b’laqgħa bilaterali

pr230022
Date Icon 10/01/2023

Aktar kmieni llum il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Istat għall-Ewropa u l-Klima tal-Ġermanja, Dr Anna Lührmann.

Waqt diskussjoni bejn iż-żewġ Ministri fil-Belt Valletta intqal kif iż-żewġ pajjiżi bejniethom għandhom relazzjoni tajba ħafna, iżda b'lok fejn tkompli tittejjeb. Waqt li ġie diskuss is-settur tal-kummerċ, Dr Ian Borg tenna kif Malta tista' toffri ferm iżjed partikolarment fis-setturi tal-manifattura, il-farmaċewtika u fit-tagħlim tal-lingwa Ingliża.

Il-Ministru Borg tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-immigrazzjoni rregolari. Għal darboħra huwa reġa' tenna dwar l-importanza li l-Unjoni Ewropea b'mod urġenti tieħu deċiżjonijiet b'saħħithom f'dan ir-rigward u fuq kollox biex ikun implimentat il-pjan t'azzjoni konġunt Valletta u ssir ir-riforma tant neċessarja.

Matul din il-laqgħa ġiet diskussa wkoll il-kooperazzjoni fuq livell multilaterali, partikolarment fin-Nazzjonijiet Magħquda u l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Ian Borg ħa din l-opportunità ukoll biex jispjega fid-dettal il-prijoritajiet ta' pajjiżna fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u kif Malta trid tkun vuċi importanti għall-blokk Ewropew. Huwa spjega kif fuq livell Ewropew, f'dawn iż-żminijiet diffiċli u partikolari, pajjiżna jemmen li hemm bżonn ta' aktar kooperazzjoni bejn l-istati membri.

Il-Ministru Borg iddiskuta wkoll mal-Ministru Lührmann il-possibbiltà li l-Ġermanja tingħaqad wkoll fiċ-Ċentru ta' Konformità tas-Sanzjonijiet Marittimi Internazzjonali flimkien ma' pajjiżi oħra bħal Istati Uniti u l-Ġappun. Din hija inizjattiva li qed jmexxi pajjiżna.

Min-naħa tagħha l-Ministru Anna Lührmann sostniet kif il-Ġermanja tħares lejn Malta bħal sieħeb politiku u ekonomiku importanti. Hija saħqet li huwa tassew importanti u ta' min jirrikonoxxi kif Malta qed tagħti importanza lit-tibdil fil-klima anke fuq livell tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Il-Ministru Lührmann iddiskutiet ukoll is-sitwazzjoni fil-Libja u t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u l-Ġermanja b’laqgħa bilaterali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u l-Ġermanja b’laqgħa bilaterali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u l-Ġermanja b’laqgħa bilaterali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow