Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT KULTURALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta se tkun qed tingħaqad b’mod uffiċjali bħala parti mir-rotta tal-Camino de Santiago de Compostela

pr230018
Date Icon 10/01/2023

Fix-xhur li ġejjin, pajjiżna se jkun qed jingħaqad b'mod uffiċjali bħala parti mir-rotta tal-Camino de Santiago de Compostela. Dan intqal waqt sessjoni pubblika t'informazzjoni li saret fil-Forti Sant'Anġlu, li kienet indirizzata mill-Ministri Owen Bonnici u Ian Borg.

Waqt din is-sessjoni ntqal kif il-Camino de Santiago hija network kbir ta' rotot tal-pellegrini li jiġbor fih madwar 400,000 persuna, bi 300 minnhom huma Maltin. Huwa għalhekk li ġiet ikkreata r-rotta magħrufa bħala 'Camino Maltés', li b'madwar 3,600km se tkun qed tgħaqqad lil Malta ma' Sqallija, Sardenja, Barċellona u eventwalment Santiago de Compostela.

Matul din is-sessjoni kienu spjegati l-benefiċċji ta' din l-esperjenza kemm mill-aspett ta' turiżmu kulturali u dak reliġjuż iżda anke minn dak ta' kummerċ.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici faħħar il-ħiliet tal-ħaddiema ta' Heritage Malta, li f'idejhom hu fdat ħafna mix-xogħol. Huwa stqarr li l-Gvern kommess li jkompli bl-impenn tiegħu biex joħloq inizjattivi t'avvenimenti tal-ogħla livell li jsaħħaħ il-kalendarju kulturali Malti.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg spjega x-xogħol importanti li għamlet l-Ambaxxata ta' Malta fi Spanja flimkien mal-NGO Xircammini. Sostna kif permezz ta' numru ta' laqgħat fuq livell diplomatiku u anke tekniku ntlaħaq qbil li bih Malta setgħet tkun parti minn din il-mappa internazzjonali. Huwa sostna li s-settur kulturali huwa wieħed essenzjali u jħares 'il quddiem li jkomplu jikkollaboraw f'aktar inizjattivi ta' dan it-tip.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT KULTURALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta se tkun qed tingħaqad b’mod uffiċjali bħala parti mir-rotta tal-Camino de Santiago de Compostela
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT KULTURALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta se tkun qed tingħaqad b’mod uffiċjali bħala parti mir-rotta tal-Camino de Santiago de Compostela
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow