AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab lifih livelli għoljin ta' 3-MCPD.
It-3-MCPD huma grupp ta' kontaminati li jiffurmaw waqt li jkunu qed jiġu proċessati ż-żjut tal-ikel. F'livelli għoljin dawn jistgħu ikollhom effetti negattivi fuq is-sistema riproduttiva tal-bniedem, kif ukoll jistgħu jkunu karċinoġeni.
| Isem tal-prodott: | Zomi Palm Oil |
| Ditta: | Bigi-mama |
| Data tad-durabbiltà: | 25/06/2025 |
| Lott: | A2001 |
| Volum: | 1litru |
| Deskrizzjoni tal-maħfen: | Flixkun tal-plastik |

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista' wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f'Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946