Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena

pr230001
Date Icon 01/01/2023

Iktar minn 50,000 ruħ jingħaqdu fil-Belt Valletta

Eluf ta' nies ilbieraħ ingħaqdu flimkien jiċċelebraw il-bidu tas-sena 2023 fil-Belt Valletta, f'atmosfera mill-aqwa fil-Kapitali ta' Malta.

Wara nuqqas ta' sentejn ta' attivitajiet għall-massa, in-numru ta' Maltin u turisti fil-Belt Valletta lbieraħ kompla jikber meta kkumparat mas-snin ta' qabel il-pandemija.

Huwa stmat li aktar minn 50,000 persuna attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet fil-Belt Valletta.

L-avveniment nazzjonali ta' Lejlet l-Ewwel tas-Sena, li ttella' live minn Pjazza San Ġorġ, bis-sehem ta' numru kbir ta' kantanti u mużiċisti Maltin, għalaq xahar sħiħ ta' attivitajiet organizzati mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bħala parti mill-Programm Christmas in the Capital.

Il-lejla bdiet b'mużika minn Kurt Calleja, segwit mill-mistiedna speċjali The Brass House Unit taħt it-tmexxija ta' Kevin Abela, u minn diversi kantanti lokali stabbiliti fosthom Aidan Drakard, Amanda Marie, Brooke, Gloriana Arpa Belli, Jasmine, Kevin Paul Calleja, Ludwig Galea, Owen Luellen, Ozzy Lino, Pawlu Borg Bonaci u Tiziana Calleja. Ħadu sehem ukoll DJ Debrii u DJ Drey. Is-serata ġiet ippreżentata minn Ron Briffa, Taryn Mamo Cefai, Claire Agius Ordway u Clint Bajada.

Iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta' Lejlet l-Ewwel tas-Sena ġew organizzati minn G7 permezz ta' Ftehim ta' Sħubija għall-Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow