Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda d-dgħajsa nazzjonali Viva Malta

PR221787
Date Icon 22/12/2022

Il-Viva Malta National Offshore Sailing Boat, li se tagħti opportunità lill-baħħara Maltin biex jikkompetu fl-isfera internazzjonali u li jagħmlu isem għal Malta, ġiet uffiċjalment imnedija.

Din it-tnedija saret fil-Mediterranean Maritime Hub, mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia u l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, flimkien ma' Yachting Malta u Sports Malta, u ġiet imbierka minn Mons. Victor Grech.

Viva Malta issa se tgħaddi għand Sport Malta u l-Malta Sailing Federation li ser jaħdmu flimkien sabiex jamministraw din l-inizjattiva.

Il-Ministru Aaron Farrugia spjega kif il-kunċett tal-Viva Malta National Offshore Sailing Boat sar possibbli permezz ta' investiment ta' madwar €400,000, fuq inizjattiva ta' Yachting Malta bl-appoġġ sħiħ tal-gvern. “Dan il-proġett imur id f'id mar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir li qed issir mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, kif ukoll man-National Yachting Policy li bħalissa qed titfassal flimkien mal-istakeholders kollha involuti f'dan is-settur," stqarr il-Ministru Farrugia.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Clifton Grima stqarr li, “Bħala ministeru kif ukoll SportMalta qed naraw kif insibu mezzi u opportunitajiet biex nagħtu appoġġ lill-isportivi tagħna. Din l-inizjattiva hija waħda mid-diversi proġetti li għaddejjin bħalissa, f'dan il-każ qed nagħtu l-appoġġ u s-sostenn tagħna lill-isportivi u d-dixxiplina sportiva li rajna progress kbir fiha f'dawn l-aħħar snin. Nawgura li permezz ta' din l-inizjattiva jkollna aktar suċċessi kemm fuq bażi personali għall-isportivi involuti kif ukoll fuq skala nazzjonali."

Il-Kap Eżekuttiv ta' Yachting Malta Michael Mifsud sostna li, “Din kienet ħolma tal-entità li xi darba jkollna dgħajsa kapaċi li tikkompeti fir-regatta internazzjonali u tagħti opportunità lill-baħħara Maltin biex jikkompetu fl-isfera internazzjonali u li jagħmlu isem għal Malta. Fl-istess waqt nemmnu li din il-pjattaforma se tagħti promozzjoni lil Malta bħala ċentru ta' eċċellenza fil-yachting."

Il-Kap Eżekuttiv ta' Sports Malta Mark Cutajar qal li, “Illum se jkollna l-passaġġ ta' trasferiment minn Yachting Malta lil SportMalta biex l-entità tgħaddi Viva Malta lil Malta Sailing Federation. Dan biex iktar tfal u żgħażagħ ikomplu jersqu lejn l-isport tal-ibburdjar li dejjem kien sinonimu magħna l-Maltin permezz ta' Rolex Middle Sea Race u diversi kompetizzjonijiet oħra."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda d-dgħajsa nazzjonali Viva Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda d-dgħajsa nazzjonali Viva Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda d-dgħajsa nazzjonali Viva Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda d-dgħajsa nazzjonali Viva Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow