Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Min iħaddem m’għandux ikun xħiħ mas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema” – il-President waqt il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2022

pr221763
Date Icon 17/12/2022

Il-President ta' Malta George Vella ħeġġeġ lil kull min iħaddem biex ma jkunx xħiħ fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Waqt iċ-ċerimonja 'Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2022' organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, il-President irrefera għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li wħud minnhom kienu fatali.

“Min iħaddem u l-awtoritajiet responsabbli għandhom ikunu xprun ta' inizjattivi li jevitaw u jwarrbu lill-impjegati minn diżgrazzji li jkunu jistgħu jiġu evitati bi ftit aktar attenzjoni u dixxiplina," qal il-President Vella.

Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena jirrikonoxxi d-dedikazzjoni u l-bżulija tal-ħaddiema, bil-President jgħid li pajjiżna minn dejjem kien magħruf għall-għaqal u l-bżulija tal-ħaddiema tiegħu.

“F'dawn l-aħħar snin żdiedu sew il-ħaddiema barranin fostna. Dawn kienu, għadhom u se jibqgħu element kruċjali fis-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna. Filwaqt li nirringrazzjahom tal-kontribut validu tagħhom, nixtieq li kull wieħed minn dawn jiġi trattat b'rispett u b'dinjità għas-servizz li jkunu qed jagħtu," qal il-President.

Waqt li radd ħajr lill-ħaddiema kollha tas-sagrifiċċji li għamlu matul il-pandemija, il-President Vella ħeġġeġ lil min iħaddem biex ikomplu jagħmlu użu mis-sistemi elettroniċi anke issa li r-restrizzjonijiet huma xi ħaġa tal-passat.

“Nemmen li s-sistemi varji li tħaddmu offrew bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ħaddiema. Fl-istess ħin, tnaqqset il-ħafna konġestjoni mit-toroq u mill-uffiċini fejn anke l-konsumatur tgħallem juża sistemi elettroniċi għal bosta servizzi," stqarr il-President George Vella.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, qal li għalkemm l-isforz tal-Gvern huwa ferm importanti biex inkomplu niksbu riżultati pożittivi fl-ekonomija tagħna, il-verità hija li żgur ma kinux jinkisbu dawn ir-riżultati li kieku ma kienx għall-bżulija tal-ħaddiema u l-ispirtu intraprenditorjali tan-negozjant Malti.

Waqt id-diskors tiegħu s-Segretarju Parlamentari għamel referenza għal diversi introduzzjonijiet legali li daħlu fis-seħħ matul din l-aħħar sena bl-għan li jiġu mtejba l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

Waqt li awgura lir-rebbieħa u s-semifinalisti kollha, is-Segretarju Parlamentari qalilhom li jridu jkunu “t'ispirazzjoni għall-kumpaniji l-oħrajn sabiex iħaddnu aktar il-prinċipju tal-inklussività u li jagħrfu li meta l-ambjent tax-xogħol ikun wieħed tajjeb, il-ħaddiema ser ikunu aktar produttivi u b'hekk jagħmlu dmirijiethom b'aktar passjoni u mħabba."

Ir-rebbieħa huma:

•           Premju Nazzjonali Ħaddiem/a tas-Sena – Claire Mallia, learning support educator fl-iskola ta' Stella Maris

•           Maniġer/Kap tas-Sena – Ramon Deguara, Direttur Ġenerali tad-diviżjoni tal-Manutenzjoni u tindif

•           Tim tas-Sena – Oncology Ward 1

•           Organizzazzjoni li tippromwovi l-bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata – Alliance, Santa Venera

•           Premju għall-aħjar Imprenditriċi – Janice Azzopardi, Sensara Malta

•           Premju għall-aħjar Imprenditur – Mario Said, Scotts Ltd

•           Premju għall-aktar Mexxej/ja Żagħżugħ/a Ispiranti – Martina u Carlos Borg, Carisma

•           Premju għall-aktar Kumpanija li tippromwovi r-Responsabbiltà Soċjali – V Squared u Gadgets

•           Premju għall-aktar Organizzazzjoni Inklussiva – Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità

•           Premju ta' lifetime achievement – Raymond Scicluna, Skrivan tal-Kamra fil-Parlament ta' Malta 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Min iħaddem m’għandux ikun xħiħ mas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema” – il-President waqt il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Min iħaddem m’għandux ikun xħiħ mas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema” – il-President waqt il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Min iħaddem m’għandux ikun xħiħ mas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema” – il-President waqt il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Min iħaddem m’għandux ikun xħiħ mas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema” – il-President waqt il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT “Min iħaddem m’għandux ikun xħiħ mas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema” – il-President waqt il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2022
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow