Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Organizzata konferenza dwar is-sehem tal-irġiel u s-subien fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru

pr221707
Date Icon 07/12/2022

Bħala parti mill-kampanja ta' sittax-il jum ta' attiviżmu, bit-tema 'Il-Vjolenza Domestika hi Affari ta' Kulħadd', il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru organizzat konferenza dwar is-sehem tal-irġiel u s-subien fil-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru. Din il-konferenza saret bil-għan li toffri pjattaforma lill-istakeholders li ġejjin minn diversi oqsma sabiex jaqsmu l-għarfien espert tagħhom dwar kif jista' jissaħħaħ is-sehem ta'  irġiel u s-subien fil-prevenzjoni tal-vjolenza, hekk kif din il-pjaga soċjali hija ġlieda tas-soċjetà kollha.

Għal din il-konferenza attendiet is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg fejn spjegat kif irridu naħdmu aktar biex inbiddlu l-mentalitajiet li għal żmien twil kienu joħolqu stigma fuq il-vjolenza domestika. Hija qalet kif ir-riċerka internazzjonali turi kif l-isterjotipi u n-normi assoċjati mal-irwol tal-ġeneru fis-soċjeta' waslet biex l-irwol tal-mara nqisuh mod u l-irwol tar-rġiel inqisuh mod ieħor. “Hija propju din is-sistema patrijarkali li rridu nindirizzaw billi ninvestu f'aktar kampanji edukattivi li jwasslu messaġġ ċar – il-vjolenza m'hi aċċettabbli qatt u fl-ebda ċirkostanza," temmet għid is-Segretarju Parlamentari. 

Il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru Audrey Friggieri qalet, “Permezz ta' din il-konferenza, l-Kummissjoni qed tkompli xxerred dejjem iktar għarfien dwar dan il-fenomenu li jiffaċilita l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika. F'din id-diskussjoni bejn imsieħba soċjali, il-parteċipanti kellhom l-opportunità jaqsmu l-esperjenzi u l-ideat tagħhom dwar dan is-suġġett, sabiex flimkien nifhmu aħjar kif nistgħu naslu għal relazzjonijiet iktar rispettużi u ugwali bejn il-ġeneri, u allura għall-prevenzjoni tal-abbuż u l-vjolenza fis-soċjetà."

Din il-konferenza ġiet indirizzata wkoll minn Dr Declan Coogan, espert mill-Università ta' Galway fl-Irlanda, fejn seta' jaqsam mal-esperti Maltin l-esperjenza tiegħu fix-xogħol ma' irġiel u subien li huma vittmi ta' vjolenza u kif ukoll ma' irġiel u subien li jwettqu l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Din id-diskussjoni ffukat fuq x'jista' jseħħ sabiex jiġi integrat b'mod sħiħ is-sehem tal-irġiel u s-subien fuq livell individwali u kollettiv fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Organizzata konferenza dwar is-sehem tal-irġiel u s-subien fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Organizzata konferenza dwar is-sehem tal-irġiel u s-subien fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow