Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa mal-Kap tal-Knisja Ortodossa Kristjana

pr221685
Date Icon 05/12/2022

“Nixtieq nirringrazzja lil Malta tal-impenn tagħha favur il-Patrijarkat Ekumeniku u dawk li jsegwu din ir-reliġjon f’pajjiżkom. Urejtu rieda tajba lejn il-Knisja Ortodossa billi rrrikonoxxejtu b’mod legali l-preżenza tagħna f’Malta”. Saħaq dan il-Qdusija Tiegħu l-Patrijarka Bartilmew l-Ewwel, il-Kap tal-Knisja Ortodossa Kristjana f’laqgħa li kellu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg.

Il-Ministru Ian Borg irringrazzja lill-Patrijarka għaż-żjara tiegħu f’pajjiżna. Dr Borg tenna li huwa importanti li f’dan iż-żmien ta’ kunflitt fl-Ewropa, naħdmu biex ningħaqdu flimkien sabiex nirrispettaw iżjed lil xulxin. “Malta se tkun qed tifforma parti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda għas-sentejn li ġejjin u se tkun qed tkompli tmexxi l-messaġġ ta’ djalogu u paċi, anke fir-rigward tal-libertà reliġjuża”, qal il-Ministru Borg.

Il-Patrijarka Bartilmew l-Ewwel feraħ lil pajjiżna għall-ħatra tiegħu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u awgura lill-Ministru l-ħidma t-tajba f’dan ir-rigward. Il-Qdusija Tiegħu ħeġġeġ sabiex il-ħidma bejn il-Patrijarkat u Malta jkomplu jissaħħu. Huwa saħaq li l-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli  jħaddan id-diversità u jkompli jgħaqqad lill-popli, kif isir ukoll mill-Knisja Kattolika Rumana. 

Il-Ministru Borg u l-Patrijarka Bartilmew l-Ewwel ddiskutew ukoll l-aħħar laqgħat li t-tnejn li huma kellhom mal-Papa Franġisku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa mal-Kap tal-Knisja Ortodossa Kristjana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa mal-Kap tal-Knisja Ortodossa Kristjana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa mal-Kap tal-Knisja Ortodossa Kristjana
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow