STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Iċ-Ċentru Reġjonali f’Ħaż-Żebbuġ ser jingħalaq temporanjament għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni
servizz.gov qed jinforma lill-pubbliku li ċ-Ċentru ta' Ħaż-Żebbuġ li jinsab fi Blokk 1, Appartament 2, Triq Sciortino, se jkun magħluq għal xogħlijiet ta' manutenzjoni. Dan iċ-ċentru se jingħalaq mit-Tnejn 5 ta' Diċembru 2022 u mistenni jerġa' jiftaħ l-Erbgħa 14 ta' Diċembru 2022.
B'mod alternattiv, il-pubbliku jista' jikkomunika ma' servizz.gov permezz ta' ċentri reġjonali oħra fil-qrib, fosthom iċ-ċentru tas-Siġġiewi li jinsab fi 18, Ċentru Ċiviku Pjazza San Nikola u li jiftaħ mit-Tnejn sas-Sibt mit-08:00 sas-13:00 b'ħinijiet estiżi nhar ta' Tnejn u nhar ta' Tlieta mill-16:30 sas-19:00 u ċ-ċentru f'Ħal-Qormi li jinsab fi Triq l-Oratorju u li jiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00 sas-14:00, b'ħinijiet estiżi nhar ta' Erbgħa mill-16:30 sas-19:00 u s-Sibt mit-08:00 sas-13:00.
Għal ċentri oħra wieħed jista' jżur is-sit elettroniku:
https://www.servizz.gov.mt/mt/Pages/Servizz/Locations/default.aspx.
Wieħed jista' wkoll jikkomunika ma' servizz.gov bl-użu tal-Freephone 153, permezz tal-live chat aċċessibbli mis-sit elettroniku www.servizz.gov.mt kif ukoll permezz tal-indirizz elettroniku servizz@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946