Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Jinfetaħ uffiċju reġjonali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-Polonja

pr221653
Date Icon 30/11/2022

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fetħet uffiċċju reġjonali f'Varsavja, il-Polonja sabiex isservi bħala ċentru għad-domanda qawwija tas-suq Pollakk kif ukoll bħala punt ta' riferiment għall-Ewropa tal-Lvant u r-reġjun Baltiku.  

L-uffiċju reġjonali ser ikun qiegħed jitmexxa mid-Direttur għall-Polonja, l-Ewropa tal-Lvant u r-reġjun Baltiku s-sur John Mary Attard. 

Tul is-snin, is-suq Pollakk stabbilixxa ruħu bħala suq importanti għat-turiżmu lejn il-Gżejjer Maltin, b'żieda kostanti ta' turisti rreġistrata kull sena. Fil-fatt, qiegħed jiġi mbassar li sal-aħħar ta' din is-sena, l-ammont ta' turisti li ser jkunu għażlu li jżuru pajjiżna ser ikun qrib il-135,000 turist. Dan ifisser żieda ta' kważi 30% fuq in-numru ta' turisti Pollakki li kienu żaru Malta fl-2019.

Din l-informazzjoni tħabbret waqt il-ftuħ uffiċjali tal-istess uffiċju mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u ċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia. 

Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq li l-ftuħ ta' dan l-uffiċju huwa impenn ċar ta' kemm Malta tinsab kommessa li tinvesti fis-settur turistiku. “It-turiżmu jibqa' mutur ewlieni tal-ekonomija Maltija. Il-ftuħ ta' dan l-uffiċju jkompli jikkonferma kemm il-Gvern huwa determinat jara li s-settur turistiku mhux biss jirkupra imma jissaħħaħ u jkun sostenibbli għaż-żmien li ġej," qal il-Ministru Bartolo. 

Iċ-Chairman Gavin Gulia qal li wara t-tkabbir konsistenti fl-ammont ta' turisti mill-Polonja u anke mill-Lvant ta' l-Ewropa u mir-reġjun Baltiku, ittieħdet id-deċiżjoni sabiex jinfetaħ is-seba' uffiċju reġjonali tal-MTA propju fil-qalba tal-belt kapitali Pollakka. “Dan l-uffiċju ser iservi bħala hub ċentrali għal dan ir-reġjun kollhu, fejn ser nkomplu naħdmu sabiex nsaħħu l-viżibilità ta' VisitMalta filwaqt li naħdmu wkoll fuq elementi oħra ta' tisħiħ fosthom konnettività u partnerships ma' bosta operaturi tal-ivvjaġġar lokali," temm jgħid Gavin Gulia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Jinfetaħ uffiċju reġjonali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-Polonja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Jinfetaħ uffiċju reġjonali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-Polonja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Jinfetaħ uffiċju reġjonali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-Polonja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow