Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Diskussjonijiet strateġiċi għat-titjib tar-relazzjonijiet ta’ Malta ma’ Franza

pr221550
Date Icon 12/11/2022

“Bħala żewġ pajjiżi integrali fir-reġjun tal-Mediterran huwa essenzjali li nidħlu fi djalogu b'saħħtu sabiex naraw li jkollna reġjun aktar b'saħħtu." Saħaq dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Ewropa u l-Affarijiet Barranin ta' Franza Catherine Colonna fil-marġini tal-Paris Peace Forum li qed jitlaqqa' f'Pariġi, Franza.

Punt importanti ferm fuq l-aġenda ta' din il-laqgħa kienet is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fir-reġjun. Min-naħa tiegħu l-Ministru Ian Borg tenna kif ir-riforma fis-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA) tibqa' waħda kruċjali, fejn dak li qed jintqal fuq il-karta jista' jiġi atwat fir-realtà. Il-Ministru Borg kompla jgħid li s-sistema ta' rilokazzjoni hija waħda importanti għal pajjiżna u rringrazzja lil Franza tal-assistenza li sibna u se nkunu qed insibu fl-2023 fuq dan l-aspett.

Il-Ministru Borg u l-Ministru Colonna ddiskutew fid-dettall ukoll il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda bħala l-unika żewġ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għal dan it-terminu. Ian Borg spjega l-prijoritajiet ta' Malta għaż-żmien li ġej u kif Malta temmen dwar il-bżonn ta' djalogu għal aktar paċi u sigurtà madwar id-dinja.

Malta pparteċipat ukoll fiċ-ċelebrazzjoni tal-104 anniversarju tal-Armistizju fejn hemmhekk il-Ministru Borg iltaqa' wkoll mal-President ta' Franza Emmanuel Macron. Matul din iċ-ċelebrazzjoni l-Ministru Borg kellu diskussjonijiet mal-President tal-Arġentina Alberto Fernandez u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Santiago Cafiero u anke mas-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin għar-Renju Unit James Cleverly.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow