Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Malta tiffirma l-Konvenzjoni Hague biex tkun imsaħħa l-protezzjoni tal-adulti b’diżabilità fuq livell internazzjonali

pr221549
Date Icon 12/11/2022

Il-Gvern Malti, permezz tal-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli, iffirma l-Konvenzjoni Hague dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti, fl-Olanda. L-iffirmar, wegħda tal-manifest elettorali u miżura li tħabbret fil-Budget 2023, ifisser li l-Gvern Malti kompla bil-ħidma tiegħu li persuni adulti b'diżabilità jkunu protetti fuq livell internazzjonali.

Il-Konvenzjoni Hague ssir kull ħames snin, biċ-ċerimonja tal-lum kienet iddedikata għall-firma ta' Malta.

Fid-diskors tagħha, il-Ministru Julia Farrugia Portelli enfasizzat li dan huwa mument storiku għal Malta u għal kull persuna adulta b'diżabilità, hekk kif permezz ta' dan l-iffirmar, se tissaħħaħ il-protezzjoni tagħhom fuq livell internazzjonali.

Il-Ministru Farrugia Portelli fakkret li l-iffirmar tal-Konvenzjoni Hague huwa pass ieħor fil-vjaġġ ta' riformi li lkoll flimkien bħala poplu imbarkajna biex ngħixu f'Malta aktar inklużiva. Kompliet tgħid li għal darb'oħra, pajjiżna qiegħed jibgħat messaġġ b'saħħtu ta' tolleranza żero lejn kull azzjoni li għandha l-intenzjoni li tnaqqar mill-protezzjoni tal-persuni b'diżabilità.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li dan il-messaġġ b'saħħtu, bħala gvern, “m'aħniex qed nibagħtuh biss fuq livell nazzjonali iżda wkoll fuq livell internazzjonali."

Is-Segretarju Ġenerali tal-Konvenzjoni Hague dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (HCCH) Christophe Bernasconi, kellu kliem ta' tifħir għal Malta hekk kif iddeskriva dan il-mument bħala wieħed ta' kburija għall-HCCH. Huwa qal li jħares 'il quddiem biex aktar pajjiżi jimxu fuq il-passi ta' Malta u jiffirmaw il-Konvenzjoni.

Preżenti għall-iffirmar kien hemm is-Segretarju Permanenti Nancy Caruana, il-Kap tad-Dipartiment tat-Trattati fi ħdan il-Ministeru Olandiż għall-Affarijiet Barranin Jules van Eijndhoven, l-Ambaxxatur Malti għall-Olanda Mark Pace u rappreżentanti mill-Unjoni Ewropea u minn diversi membri stati Ewropej u pajjiżi oħrajn.

Malta hija s-17-il Membru Stat tal-Unjoni Ewropea li qiegħda tiffirma din il-Konvenzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Malta tiffirma l-Konvenzjoni Hague biex tkun imsaħħa l-protezzjoni tal-adulti b’diżabilità fuq livell internazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Malta tiffirma l-Konvenzjoni Hague biex tkun imsaħħa l-protezzjoni tal-adulti b’diżabilità fuq livell internazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Malta tiffirma l-Konvenzjoni Hague biex tkun imsaħħa l-protezzjoni tal-adulti b’diżabilità fuq livell internazzjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow