STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: Tnedija uffiċjali tal-ktieb ‘Twenty-Five Years of Maltese Photography’
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia lbieraħ mexxa t-tnedija tal-ktieb ‘Twenty-Five Years of Maltese Photography’ tat-Tabib Charles Paul Azzopardi, President tal-Malta Institute of Professional Photography (MIPP).
F’diskors tal-okkażjoni, l-Ispeaker faħħar il-ktieb tat-Tabib Azzopardi u anke l-kontribut li l-Malta Institute of Professional Photography (MIPP) qed tagħti fl-iżvilupp tal-fotografija f’pajjiżna fejn taġġorna lill-imseħbin tagħha b’kull żvilupp fil-fotografija u anke torganizza laqgħat ta’ informazzjoni kemm għal fotografi Maltin u barranin b’affiljazzjoni ma’ għaqdiet tal-fotografija f’pajjiżi oħra.
L-Ispeaker qal li l-fotografija titqies kemm bħala xjenza, kif ukoll arti. Qal li minn meta ttieħed l-ewwel ritratt, fl-1827 ’l hawn, dan il-qasam ra tibdil enormi. Hu fakkar kif minn monochrome jew ritratti black and white, u minn films mingħajr ħoss, morna għal ritratti u films bil-kulur u bis-sound. Dr Farrugia qal li fl-era diġitali tal-lum, m’hemmx aktar ħtieġa tal-pelikola hekk kif illum, ritratti u films jinżammu b’mod diġitali f’servers, hard-disks f’kompjuter u USBs, u anke trażmessi permezz ta’ posta elettronika (email) f’qasir żmien, kif ukoll l-arkivji u libreriji, permezz tal-avvanz teknoloġiku fl-informatika, illum qed ikunu ppubblikati l-ebooks u kull informazzjoni li wieħed isib fihom, tista’ tinkiseb f’qasir żmien b’mod elettroniku.
L-Ispeaker ikkonkluda li dan l-iżvilupp wassal biex l-apparat fotografiku u apparat relatat li kien jintuża lura fiż-żmien u m’għadx għandhom użu, għandhom ikunu fdati lil Heritage Malta jew lill-Arkivji Nazzjonali biex jinżammu f’post tajjeb, f’kundizzjoni tajba u protetti.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946