Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Malta allokata €205 miljun għall-Fond Soċjali Ewropew+

pr221500
Date Icon 03/11/2022

Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ għal Malta għas-snin 2021-2027. Malta ġiet allokata €205 miljun għall-Fond Soċjali Ewropew+ li se jagħti l-opportunità li nsostnu l-investimenti fil-kapital uman, li jibqa' l-aktar riżorsa importanti tal-pajjiż.

L-investiment taħt dan il-programm ta' fondi għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet f'diversi setturi fosthom fis-settur tax-xogħol, edukazzjoni, saħħa u fil-qasam soċjali bil-għan li jitjiebu s-servizzi eżistenti u jinħolqu servizzi ġodda skond il-ħtiġijiet.

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li bħala pajjiż diġà nafu kemm huma ta' benefiċċju l-fondi Ewropej. “Bħala pajjiż wettaqna diversi proġetti grazzi għall-fondi Ewropej. Illum li ġew approvati dawn il-fondi se jkunu qed isiru numru ta' proġetti oħra fil-qasam soċjali li minnhom jibbenefika kulħadd."

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett laqa' b'sodisfazzjon l-approvazzjoni ta' programm operattiv ieħor għal Malta u qal li issa jħares 'il quddiem li pajjiżna jibda jutilizza dawn il-fondi.

“Filwaqt li Malta se tkompli tibni fuq skemi u inizjattivi li qegħdin jitwettqu mill-programm operattiv 2014-2020, il-programm il-ġdid jingħaqad ma' interventi u investiment oħra li qegħdin jiġu ffinanzjati minn fondi Ewropej u se jkomplu jgħinuna nindirizzaw l-isfidi fosthom wara l-pandemija, kif ukoll inwasslu l-viżjoni li għandna għal pajjiżna fis-settur soċjali, settur li huwa l-pedament li fuqu hija bbażata l-politika ta' dan il-Gvern," sostna Dr Bonett.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow