STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL: Riżultat u allokazzjoni tal-Ħruġ tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Ottubru 2022
Stock tal-Gvern ta' Malta b'rata ta' mgħax fissa
It-Teżor iħabbar ir-riżultat u l-allokazzjoni tal-ħruġ tal-istocks tal-Gvern ta' Malta ta' Ottubru 2022.
Sad-dati tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 12 ta' Ottubru 2022, it-Teżor irċieva 10,458 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku għall-ammont totali ta' €293.14 miljun nominali. L-ammont tal-ħruġ kien ta' €200 miljun, soġġett għal dritt li jiżdied b'ammont sa massimu ta' €100 miljun oħra fil-każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.
Kif tħabbar fl-istqarrija PR221374 maħruġa mill-Ministeru Għall-Finanzi u x-Xogħol fit-12 ta' Ottubru 2022, it-Teżor eżerċita d-dritt li jżid l-ammont sabiex l-applikazzjonijiet kollha tal-membri tal-pubbliku li kienu konformi mat-termini taċ-Ċirkolari tal-Offerta u l-Prospett Ġenerali ġew aċċettati kollha.
It-Teżor alloka l-ammont f'kull stock kif jidher aktar 'l isfel:
| Numru ta' applikazzjonijiet | Ammont nominali sottoskritt u aċċettat | |
| 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI) offrut lill-membri tal-pubbliku bil-prezz ta' €101.25 | 2,048 | 52,844,400 |
| 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2032 (VII) offrut lill-membri tal-pubbliku bil-prezz ta' €100.00 (b'parita`) | 8,410 | 240,297,300 |
| Total | 10,458 | 293,141,700 |
Kif stipulat f'artikolu 3 taċ-Ċirkolari tal-Offerta, l-imgħax fuq dawn l-istocks tal-Gvern ta' Malta beda jakkumula mis-17 ta' Ottubru 2022. Aktar tagħrif u informazzjoni jistgħu jinkisbu mir-riżultat li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor - www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946