Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Il-Gvern Malti mfaħħar mill-IAEA għall-impenn ċar tiegħu għall-immaniġġjar sigur tal-iskart radjuattiv

pr221432
Date Icon 21/10/2022

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Gvern Malti laqa' lill-missjoni ARTEMIS tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) f'Malta.

ARTEMIS hija servizz internazzjonali ta' reviżjoni li jivvaluta kif l-istati membri jimmaniġġjaw l-iskart radjuattiv tagħhom.

It-tim ta' reviżjoni nnota l-progress li sar mill-awtoritajiet Maltin biex jiżguraw is-sigurtà tal-iskart fil-pajjiż minkejja l-limitazzjoni fir-riżorsi umani. “Nifraħ lil Malta għall-impenn ċar tagħha għall-immaniġġjar sigur tal-iskart radjuattiv u talli fittxet titjib kontinwu permezz tal-proċess ta' reviżjoni ARTEMIS," qal Peter Johnston, Direttur tad-Diviżjoni tal-IAEA għar-Radjazzjoni, Trasport u Sigurtà tal-Iskart.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli faħħret ix-xogħol notevoli li qed tagħmel l-IAEA biex tkompli tiżviluppa u ttejjeb il-mod kif jiġi mmaniġġjat l-iskart radjuattiv.

Żiedet tgħid li, “Bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti huwa impenjat bis-serjetà li jiżgura li l-istrutturi regolatorji Maltin ikunu skont l-istandards tas-sigurtà tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika".

Il-Gvern Malti kien stieden lill-IAEA biex torganizza din il-missjoni speċifikament biex tiżgura li l-istrutturi regolatorji Maltin ikunu konformi mal-istandards tas-sigurtà tal-IAEA u l-obbligi tagħna bħala stat membru. Il-gvern iħares lejn il-proċess ARTEMIS bħala opportunità imprezzabbli għall-iskambju ta' fehmiet ma' tim internazzjonali ta' esperti rinomati.

It-tim, li kien magħmul minn esperti mill-Albanija u minn Ċipru, kif ukoll minn tliet membri tal-IAEA, kellu laqgħat ma' uffiċjali mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u mill-Kummissjoni għall-Ħarsien mir-Radjazzjoni Ijonizzanti u mhux Ijonizzanti ta' Malta. Għall-missjoni ta' reviżjoni attendew żewġ osservaturi, wieħed mill-Kummissjoni Ewropea u wieħed mill-Aġenzija tal-Ambjent Portugiża.

Ir-rapport finali tal-missjoni se jingħata lill-Gvern ta' Malta fix-xhur li ġejjin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Il-Gvern Malti mfaħħar mill-IAEA għall-impenn ċar tiegħu għall-immaniġġjar sigur tal-iskart radjuattiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Il-Gvern Malti mfaħħar mill-IAEA għall-impenn ċar tiegħu għall-immaniġġjar sigur tal-iskart radjuattiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Il-Gvern Malti mfaħħar mill-IAEA għall-impenn ċar tiegħu għall-immaniġġjar sigur tal-iskart radjuattiv
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow