Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-iskema “Post Doctoral Fellowship” b’investiment ta’ €300,000

pr221427
Date Icon 20/10/2022

Imwettqa miżura oħra tal-Baġit maħsuba għal riċerka fis-settur kummerċjali u edukattiv

Il-gvern għal darb'oħra wera li dak li jgħid jagħmlu bil-fatti hekk kif ġiet implimentata miżura oħra mill-Baġit 2022 bit-tnedija tal-“Post Doctoral Fellowship Scheme", b'investiment ta' €300,000. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet.

Din l-iskema ġiet imnedija għall-ewwel darba b'kollaborazzjoni bejn l-Università ta' Malta u l-Kamra tal-Kummerċ. Permezz ta' din l-iskema, studenti gradwati bid-dottorat se jingħataw l-opportunità sabiex jingħaqdu ma' negozji lokali għal skop ta' riċerka. Għaldaqstant, diversi studenti li kisbu d-dottorat, kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna, se jkollhom ċ-ċans iwettqu dak li tgħallmu fil-prattika bil-għan li jgħinu l-industrija lokali filwaqt li jiksbu l-esperjenza meħtieġa.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti saħaq dwar l-importanza ta' kollaborazzjonijiet ta' dan it-tip, filwaqt li qal li “Minkejja d-diffikultajiet ekonomiċi li d-dinja qiegħda tiffaċċja f'dan il-mument, il-Gvern Malti qiegħed ikompli jinvesti fis-setturi tar-riċerka u fl-edukazzjoni billi jqanqal aktar interess ta' studenti gradwati li jagħtu kontribut lis-settur industrijali ta' pajjiżna."

Huwa sostna li permezz tal-implimentazzjoni ta' din il-miżura tal-baġit, il-gvern qiegħed jagħti inċentiv lill-industrija lokali sabiex, flimkien ma' riċerkaturi lokali, jespandu l-prodotti u s-servizzi tagħhom, biex b'hekk ikabbru n-negozju u jkunu kompetittivi fis-suq internazzjonali.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb qalet li “Il-Kamra tal-Kummerċ spiss titkellem dwar in-nuqqas ta' ħiliet misjuba lokalment u l-ħtieġa li nelevaw il-produttività. Ir-riċerka tgħin biex, bl-għajnuna tat-teknoloġija, l-produttività tiżdied, bil-għan li jiġi offrut prodott aħjar b'iktar effiċjenza u inqas infiq." Hija kompliet tgħid li din l-iskema se tgħin biex tqarreb il-ħiliet prodotti mill-università mal-ħtigijiet tal-industrija lokali, filwaqt li toħloq iktar kollaborazzjoni bejn l-università u min iħaddem, bl-iskop aħħari li l-industrija timraħ f'niċeċ ġodda u jinkisbu riżultati aħjar.

Min-naħa tiegħu, ir-Rettur tal-Università ta' Malta Prof. Alfred Vella stqarr li din l-iskema se tagħti l-aċċess lill-università biex taħdem mill-qrib mal-Kamra tal-Kummerċ u s-segretarjat parlamentari bil-għan li jiġu implimentati diversi proġetti għar-riċerka u l-innovazzjoni li jħallu impatt qawwi fl-industrija lokali. “Bi pjaċir nilqgħu din l-opportunità li nkabbru n-numru ta' studenti post-dottorat mill-università li jwettqu proġetti ta' riċerka ta' kwalità relevanti għall-ekonomija Maltija", temm jgħid il-Prof. Vella.

Il-“Post Doctoral Fellowship Scheme" hija miftuħa għal studenti li għadhom kif ġabu d-dottorat u jixtiequ jikkollaboraw ma' negozji lokali, kif ukoll għal dawk in-negozji li diġà jimpjegaw riċerkaturi lokali u li jixtiequ jwettqu proġett ta' riċerka. Kull proġett magħżul se jkun iffinanzjat b'massimu ta' €60,000 fis-sena għal kull riċerkatur, li jista' jiġi estiż għal perjodu ta' sentejn.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fis-sit https://www.maltachamber.org.mt/en/post-doctoral-fellowship-scheme jew jibgħat email fuq postdocfellowship@um.edu.mt. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla mill-istess sit u huma miftuħa sa 12pm tat-18 ta' Novembru 2022.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-iskema “Post Doctoral Fellowship” b’investiment ta’ €300,000
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-iskema “Post Doctoral Fellowship” b’investiment ta’ €300,000
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-iskema “Post Doctoral Fellowship” b’investiment ta’ €300,000
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow