Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RICERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jiffinanzja proġett ieħor ta’ riċerka tal-Università ta’ Malta

PR221370
Date Icon 12/10/2022

Permezz ta' ftehim li ġie ffirmat illum, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qiegħed jidħol f'kollaborazzjoni mal-Università ta' Malta biex issir riċerka li għandha twassal għal rapport dwar innovazzjoni li tista' tkun implimentata fis-settur tal-manifattura.

Il-ftehim ġie ffirmat mir-Rettur tal-Università ta' Malta l-Prof Alfred J. Vella, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Matthew Vella u żewġ letturi fl-Università Dr Stephanie Fabri u l-Prof Vincent Cassar. L-iffirmar tal-ftehim kien presedut mill-Ministru Clifton Grima u s-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti.

Permezz ta' dan il-ftehim, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qiegħed jiffinanzja proġett ta' riċerka u żvilupp, li se tkun qed tagħmel l-Università, bil-għan li jkunu identifikati sfidi u opportunitajiet marbuta mal-investiment ta' kumpaniji f'innovazzjoni fil-qasam tal-manifattura. Il-proġett “Enhancing Innovation in Manufacturing: Engineering of Plastics in Malta and Poland" se jikkonċentra fuq kumpaniji f'dan is-settur li huma involuti fl-inġinerija kemm f'Malta kif ukoll fil-Polonja.

L-għan ta' dan il-proġett ta' riċerka huwa li jinħolqu metodi innovattivi f'sistemi tal-inġinerija li jikkapitalizzaw aħjar l-integrazzjoni tar-riżorsi umani u s-sistemi tal-inġinerija, filwaqt li jipproponi proċessi effettivi u innovattivi f'dan is-settur. Ir-riżultati li se jinkisbu minn dan il-proġett se jitqabblu mal-istat tal-manifattura fil-Polonja, pajjiż fejn il-manifattura għandha tradizzjoni itwal.

F'dan il-proġett se jkunu involuti l-istudenti li qed jistudjaw biex jiksbu Baċellerat tal-Kummerċ, li se jipparteċipaw billi jwettqu analiżi u proċessar ta' dejta li hija aċċessibbli mill-Forum Ekonomiku Dinji u l-Unjoni Ewropea. Din umbgħad tgħaddi għand grupp ta' xjentisti, inġiniera u ekonomisti biex jesploraw setturi speċifiċi li jkunu jistgħu jkabbru jew itejbu l-attività tagħhom permezz ta' innovazzjoni.

Il-Ministru Clifton Grima faħħar din l-inizjattiva u sostna li għalkemm il-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni huma pjuttost ġodda diġà saret ħidma fihom, iżda hemm bżonn li jkun hemm aktar għarfien, kif ukoll aktar kollaborazzjonijiet li permezz tagħhom naraw aktar ħidma, speċjalment fejn tidħol l-innovazzjoni.

“Huwa importanti li bħala pajjiż nibqgħu ninvestu f'dik li hija riċerka, riċerka li tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies. Ħafna drabi wieħed ma jagħmilx assoċjazzjoni bejn ir-riċerka u l-industrija u f'dan il-każ qed naraw l-involviment tal-Ministeru u l-Università, u permezz ta' din ir-riċerka ħa jkun qiegħed jassigura li l-industrija f'pajjiżna tkun aktar produttiva, waħda li tħalli riżultati u waħda li tagħti lil pajjiżna aktar riżultati attraenti għal diversi setturi", tenna l-Ministru Grima.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti qal li “Dan il-ftehim tal-lum huwa l-ewwel pass. B'dan il-pass irridu li nħeġġu aktar studenti jkomplu jimirħu fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni. Irridu li b'dan il-pass, l-istudenti li jiffrekwentaw l-università tagħna jifhmu kemm il-Gvern jemmen fihom u jixtieq jinvesti fihom, mhux bil-kliem biss iżda bil-fatti." Żied jgħid li "Bħala Gvern nixtiequ li anki fis-settur tal-inġinerija nisfruttaw l-aħjar talenti li kapaċi joħorġu b'ideat ġodda u innovattivi sabiex jgħinu lill-industrija, mingħajr ma jwarrbu mill-ħsieb il-ġlieda kollettiva li nissalvagwardjaw l-aspett soċjali u ambjentali."

Min-naħa tiegħu il-Prof Alfred J. Vella qal li proġetti bħal dawn huma utli għaliex jgħinu u jħajjru riċerkaturi tal-Università jidħlu f'oqsma ta' studju li għandhom potenzjal li jagħmlu differenza u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RICERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jiffinanzja proġett ieħor ta’ riċerka tal-Università ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RICERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jiffinanzja proġett ieħor ta’ riċerka tal-Università ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RICERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jiffinanzja proġett ieħor ta’ riċerka tal-Università ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow