Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jiltaqa’ mal-Ispeaker tal-House of Commons tal-Kanada Anthony Rota

PR221361
Date Icon 11/10/2022

L-Ispeaker tal-House of Commons tal-Kanada Anthony Rota, akkumpanjat minn delegazzjoni, għamel żjara ta' korteżija lill-President George Vella fil-Palazz ta' Sant'Anton.

It-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Kanada tul għexieren ta' snin ġie diskuss minn perspettivi differenti, li jvarjaw minn skambji fil-livell politiku għal kuntatti kummerċjali u bejn il-popli. Dwar dan l-aħħar punt, sar riferiment għall-preżenza attiva tal-komunità Maltija fil-Kanada, fejn il-President Vella ta ħarsa storika ta' kif id-dijaspora Maltija evolviet. L-Ispeaker Rota spjega lill-President Vella li l-intenzjoni taż-żjara f'Malta mid-delegazzjoni kienet li jissaħħu r-relazzjonijiet fl-oqsma kollha permezz ta' network parlamentari.

Ġew diskussi diversi kwistjonijiet ta' importanza reġjonali u internazzjonali, b'dik prinċipali tkun il-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna flimkien mal-impatt tagħha fuq il-prezzijiet tal-ikel u tal-enerġija madwar id-dinja. Saru skambji wkoll dwar is-sitwazzjoni instabbli fil-Libja u r-rabta tagħha mal-migrazzjoni irregolari fir-rotta tal-Mediterran Ċentrali. L-Ispeaker Rota rrefera għax-xejra tal-migrazzjoni li titlaq mill-Amerka t'Isfel u dik Ċentrali u tasal fil-Kanada.

Il-President George Vella aġġorna lid-delegazzjoni Kanadiża dwar ir-rwol li l-President tar-Repubblika għandu fl-avvanz tar-riformi maħsuba biex ikompli jissaħħaħ l-istat tad-dritt.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jiltaqa’ mal-Ispeaker tal-House of Commons tal-Kanada Anthony Rota
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jiltaqa’ mal-Ispeaker tal-House of Commons tal-Kanada Anthony Rota
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jiltaqa’ mal-Ispeaker tal-House of Commons tal-Kanada Anthony Rota
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jiltaqa’ mal-Ispeaker tal-House of Commons tal-Kanada Anthony Rota
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow