Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Portugall

pr221335
Date Icon 07/10/2022

Il-President tal-Portugall, Marcelo Rebelo de Sousa, żar il-Palazz ta’ Sant’Anton illum waranofsinhar għal taħditiet uffiċjali mal-President George Vella. Il-President Portuġiż kien Malta biex jipparteċipa għal-Laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stat Mhux Eżekuttivi tal-UE, imsejħa wkoll il-‘Grupp Arraiolos’, li kienet organizzata u ppreseduta mill-President Vella fis-6 ta’ Ottubru.

Il-President Rebelo de Sousa faħħar lill-President Vella għaż-żmien f’waqtu ta’ din il-laqgħa u għall-għażla tat-temi fuq l-aġenda. Minkejja l-ħtieġa evidenti li tiġi diskussa l-gwerra fl-Ukrajna, ġew indirizzati wkoll kwistjonijiet oħra ta’ natura reġjonali u globali, bħall-irkupru wara l-COVID, is-sigurtà tal-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni. Kien importanti ħafna wkoll li jipprevali s-sens ta’ għaqda.

Il-President Vella awgura kull suċċess lill-kontroparti Portugiża tiegħu li s-sena d-dieħla ser jorganizza l-laqgħa Arraiolos fil-Portugall. Fl-2023, il-grupp ser jiċċelebra għoxrin sena mill-formazzjoni tiegħu fl-2003, bl-ewwel organizzatur ikun il-mibki President Jorge Sampaio.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Portugall
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Portugall
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Portugall
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow