Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tas-Slovenja

pr221316
Date Icon 05/10/2022

Illejla saru taħditiet uffiċjali bejn il-President George Vella u l-President Borut Pahor tas-Slovenja fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Il-President Pahor jinsab Malta biex jipparteċipa fil-laqgħa tal-‘Arraiolos’ għall-kapijiet ta’ stat mhux eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea, organizzata mill-President Vella, li ser issir għada 6 ta’ Ottubru.

Matul il-laqgħa, iż-żewġ presidenti ddiskutew għadd ta’ suġġetti li għandhom jiġu koperti wkoll matul is-seduti plenarji tal-laqgħa tal-‘Arraiolos’ mal-kollegi l-oħra tagħhom. Is-sitwazzjoni fl-Ukrajna ġiet diskussa fit-tul kemm mill-perspettiva ġeopolitika kif ukoll minn dik tas-sigurtà tal-enerġija. Il-ħtieġa għall-għaqda ġiet enfasizzata miż-żewġ presidenti. Ġew diskussi wkoll il-migrazzjoni fir-rotta tal-Mediterran Ċentrali u x-xenarju fil-Balkani tal-Punent. Il-presidenti tkellmu dwar l-effetti mifruxa tat-tibdil fil-klima u f’dan ir-rigward semmew ukoll is-summit tal-COP27 li qiegħed joqrob.

Il-laqgħa tal-Arraiolos Malta ser tkun l-aħħar waħda li ser jattendi l-President Pahor peress li wasal lejn tmiem il-mandat tiegħu.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tas-Slovenja
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tas-Slovenja
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tas-Slovenja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow