Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Ungerija

pr221315
Date Icon 05/10/2022

Bħala l-ewwel impenn tiegħu relatat mal-laqgħa tal-Arraiolos Malta, il-President George Vella llum waranofsinhar laqa’ lill-President tal-Ungerija, Katalin Novák, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Fit-taħditiet uffiċjali ġew diskussi l-aħħar żviluppi dwar il-gwerra fl-Ukrajna u l-effetti immedjati tagħha fuq is-sigurtà tal-enerġija. L-iskambji kkonċernaw ukoll it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, fejn iż-żewġ presidenti saħqu dwar l-importanza li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jibqgħu jagħmlu progress. Il-migrazzjoni u kwistjonijiet demografiċi oħra ġew diskussi flimkien mad-djalogu li għaddej bħalissa bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Ungerija fil-kuntest tal-istat tad-dritt.

Il-President Vella ħa din l-opportunità biex jilqa’ lill-President Novák fil-Grupp Arraiolos peress li din hija l-ewwel okkażjoni li fiha hija qed tirrappreżenta lill-Ungerija f’dan il-format.

Għas-sensiela ta’ laqgħat bilaterali ma’ kapijiet ta’ stat oħrajn, il-President Vella qed jiġi akkumpanjat mill-Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin, il-Ministru Owen Bonnici.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Ungerija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Ungerija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Laqgħa bilaterali bejn il-President ta’ Malta u l-President tal-Ungerija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow