Left arrow Go Back

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Imniedi proġett pilota biex tissaħħaħ il-ħidma bejn il-gvern u l-kunsilli lokali fl-indafa pubblika

pr221222
Date Icon 22/09/2022

Il-kunsilli lokali tal-Belt Valletta, Birkirkara, Marsaxokk, Birżebbuġa u ż-Żurrieq ser ikunu parteċipi fi proġett pilota mad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni bil-għan li tissaħħaħ l-effiċjenza u r-rapidità tat-tindif tat-toroq fl-imsemmija lokalitajiet.

Dan il-proġett pilota ser ikun qiegħed jieħu sitt xhur u ser jara fid-dettall x'inhuma l-isfidi u l-opportunitajiet eżistenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' sanitizazzjoni esterna f'dawn il-lokalitajiet.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, u d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni Ramon Deguara.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li preżentament teżisti sistema fejn numru ta' kunsilli lokali jaħdmu ma' ażjendi privati biex jassistu lil-lokalitajiet fejn jidħol knis fit-toroq u ġbir ta' materjal ieħor. “Irridu nirrikonoxxu li dan is-servizz mhux dejjem jilħaq il-livell ta' ndafa mixtieq kemm mill-kunsilli lokali iżda anke mir-residenti. “Għalhekk, il-gvern, permezz tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manuntenzjoni, ser ikun qiegħed jassisti billi jsaħħaħ ir-riżors uman li minnu nnifsu jfisser iżjed effiċjenza fl-irħula u l-ibliet lokali", kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo. Huwa żied ukoll li l-għan ser ikun li l-kollaborazzjoni permezz ta' dan il-proġett pilota bejn il-kunsill lokali u din id-diviżjoni jiġi estiż f'iżjed lokalitajiet madwar il-pajjiż kollu.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli saħqet fuq l-importanza li r-residenti jagħtu l-kontribut tagħhom billi jżommu mill-bieb 'il barra nadif hekk kif iżommu nadif mill-bieb 'il ġewwa f'darhom. “Iż-żamma ta' lokalitajiet nodfa hija sfida għall-kunsilli lokali, iżda permezz ta' sforz kollettiv u bilgħaqal ser noħolqu opportunità għal ambjent aħjar, aktar nadif u san għall-ġid tar-residenti", qalet is-segretarju parlamentari.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni Ramon Deguara qal li bħala diviżjoni ser jibqgħu kommessi li bil-mezzi kollha possibbli u disponnibli jkomplu jsaħħu l-indafa pubblika fil-lokalitajiet.

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Imniedi proġett pilota biex tissaħħaħ il-ħidma bejn il-gvern u l-kunsilli lokali fl-indafa pubblika
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Imniedi proġett pilota biex tissaħħaħ il-ħidma bejn il-gvern u l-kunsilli lokali fl-indafa pubblika
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Imniedi proġett pilota biex tissaħħaħ il-ħidma bejn il-gvern u l-kunsilli lokali fl-indafa pubblika
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Imniedi proġett pilota biex tissaħħaħ il-ħidma bejn il-gvern u l-kunsilli lokali fl-indafa pubblika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow