Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Tittella’ s-seba’ edizzjoni tal-Gozo Sports Awards – Ħarsien ‘il quddiem biex għall-ewwel darba Għawdex jieħu sehem fil-Logħob tal-Gżejjer li se jsiru f’Guernsey fl-2023

PR221220
Date Icon 22/09/2022

Il-Ministeru għal Għawdex organizza s-seba' edizzjoni tal-Gozo Sports Awards fejn sportivi Għawdxin ġew ippremjati għall-avvanzi tagħhom f'diversi dixxiplini sportivi. Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri wiegħed li kif sar f'dawn l-aħħar sentejn, l-investiment se jkompli u se jibqa' għaddej anki fiċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv. “Tajna l-kelma tagħna li dan l-ikbar proġett bl-ikbar investiment fil-qasam sportiv f'Għawdex jitwettaq sabiex jibda jintuża mill-isportivi, miż-żgħażagħ u mit-tfal Għawdxin u hekk se jsir. L-ambizzjoni tagħna ġġagħlna nħarsu aktar 'il quddiem u nibqgħu nsostnu l-ħidma tagħna", qal il-ministru.

Clint Camilleri kompla billi qal li rridu nħarsu 'l quddiem b'ottimiżmu sabiex il-komunità sportiva Għawdxija  tgawdi minn opportunitajiet u esperjenzi mill-isbaħ li minbarra li jnisslu sodisfazzjon personali jkomplu jxettlu l-kultura sportiva u fuq kollox isem gżiritna. Hawnhekk fakkar li dan is-sajf, għall-ewwel darba, Għawdex ingħaqad membru sħiħ fl-International Island Games Association sabiex mill-2023 jieħu sehem fil-Logħob tal-Gżejjer li se jsiru Guernsey. Huwa spjega li, “Dan huwa tragward importanti u aktar minn hekk l-isportivi Għawdxin għandhom l-opportunità li għall-ewwel darba jikkompetu fuq livell internazzjonali. Inħarsu 'l quddiem sabiex l-atleti jmorru Guernsey mhux biss jikkompetu, imma għall-ewwel darba jġibu l-midalji lejn pajjiżna."

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri wiegħed li se jkompli jsostni lill-isportivi Għawxdin u temm billi awgura lil dawk li ħadu l-premjijiet u lill-isportivi Għawdxin kollha.

L-isportivi premjati kienu dawn:

1. Uffiċjal Tas-Sena

Rebbieħ: Dr Enzo Dimech

2. Tim Tas-Sena

Rebbieħ: Għajnsielem RedCoats Women's Softball Team

3. Kowċ Tas-Sena

Rebbieħ: John Borg

4. Rikonoxximent għal Atleta attiv 'il fuq minn 45 sena

Rebbieħ: Raymond Camilleri

5. Rikonoxximent għal Karriera Sportiva

Rebbieħ: Teddy Bajada

6. Rikonoxximent Speċjali - Special Olympics

Rebbieħa: Maria Pia Saliba

7. Żagħżugħa Promittenti

Rebbieħa: Hailey Ballucci

8. Żagħżugħ Promittenti

Rebbieħ: David Borg

9. Sportiv Tas-Sena

Rebbieħ: David Borg

10. Sportiva Tas-Sena

Rebbieħa: Michelle Dimech

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Tittella’ s-seba’ edizzjoni tal-Gozo Sports Awards – Ħarsien ‘il quddiem biex għall-ewwel darba Għawdex jieħu sehem fil-Logħob tal-Gżejjer li se jsiru f’Guernsey fl-2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Tittella’ s-seba’ edizzjoni tal-Gozo Sports Awards – Ħarsien ‘il quddiem biex għall-ewwel darba Għawdex jieħu sehem fil-Logħob tal-Gżejjer li se jsiru f’Guernsey fl-2023
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow