Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Way to Work: Servizz ġdid biex aktar persuni b’diżabilità jkunu mħejjija għad-dinja tax-xogħol – Imwettqa wegħda elettorali li se tkompli tibni Malta aktar inklussiva

pr221213
Date Icon 20/09/2022

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport Oliver Scicluna, nedew is-servizz ġdid Way to Work. Permezz ta' dan is-servizz, persuni b'diżabilità se jkunu mħejjija sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Is-servizz Way to Work, li se jibda x-xahar id-dieħel, se jkun qiegħed joffri wkoll taħriġ lil persuni b'diżabilità dwar numru ta' suġġetti li mistennija jkunu mqassma fuq madwar 20 ġimgħa sabiex ikun assigurat li l-parteċipanti jkunu preparati sew fuq diversi livelli qabel ma jibdew l-impjieg.

Fost dawn is-suġġetti se jingħata taħriġ dwar kif persuna b'diżabilità għandha tikteb CV u ittra ta' applikazzjoni għal impjieg, kif tuża t-trasport pubbliku, kif tqassam il-ħin u kif taħdem f'tim u tikkopera mal-kollegi, kif tamministra l-flus u fuq kollox kif tgħix ħajja aktar indipendenti. Il-gruppi se jkunu żgħar u ta' mhux aktar minn 15-il parteċipant, sabiex tingħata aktar attenzjoni diretta skont il-bżonnijiet tal-persuni.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli spjegat kif it-twelid ta' dan is-servizz huwa wegħda elettorali li tikkonferma l-impenn tal-Gvern li rridu nkomplu nibnu Malta aktar inklussiva. Hi enfasizzat kif it-tnedija tal-lum tikkonferma kemm il-Gvern huwa impenjat li ma jiqafx mat-tmiem ta' proġett suċċess bħalma kien INK. “It-tnedija tas-servizz Way to Work huwa servizz li jħaddan l-inklużjoni u li se jkompli jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja ta' persuni b'diżabilità," sostniet il-Ministru Farrugia Portelli. Il-Ministru Julia Farrugia Portelli kkonkludiet tgħid li s-sodisfazzjon tagħna mhux biss li jkollna aktar persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol iżda li l-istess persuni jiżviluppaw ħiliet sostenibbli li jżommuhom fid-dinja tax-xogħol u li jgħinuhom għall-kumplament ta' ħajjithom.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport Oliver Scicluna rrefera lejn is-servizz ġdid Way to Work bħala xhieda ċara tal-implimentazzjoni tal-viżjoni tal-aġenzija, dik li tkun fuq quddiem sabiex tmexxi u tkun ta' eżempju għall-komunità li tippromwovi l-abilitajiet u l-potenzjal tal-persuni b'diżabilità.

Way to Work se jkun qed jikkumplimenta servizzi u programmi mwassla minn entitajiet oħra sabiex ikun assigurat li jiġu indirizzati nuqqasijiet li jista' jkun hemm fil-provvediment ta' servizzi u dan bl-għan li persuni b'diżabilità jkollhom preparazzjoni aktar soda għal inklużjoni fid-dinja tax-xogħol.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Way to Work: Servizz ġdid biex aktar persuni b’diżabilità jkunu mħejjija għad-dinja tax-xogħol – Imwettqa wegħda elettorali li se tkompli tibni Malta aktar inklussiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Way to Work: Servizz ġdid biex aktar persuni b’diżabilità jkunu mħejjija għad-dinja tax-xogħol – Imwettqa wegħda elettorali li se tkompli tibni Malta aktar inklussiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Way to Work: Servizz ġdid biex aktar persuni b’diżabilità jkunu mħejjija għad-dinja tax-xogħol – Imwettqa wegħda elettorali li se tkompli tibni Malta aktar inklussiva
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow