Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: 79% tal-poplu Malti kuntent bis-Servizz Pubbliku

pr221170
Date Icon 13/09/2022

Malta tikseb it-tielet post fl-Ewropa

Erbgħa minn kull ħames ċittadini Maltin huma kuntenti bis-Servizz Pubbliku Malti. Dan ħareġ minn stħarriġ tal-Eurobarometer ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea, b’pajjiżna jikseb it-tielet post fl-Ewropa dwar il-kuntentizza fl-għoti tas-servizzi pubbliċi. 

Għall-mistoqsija ta’ kemm il-poplu Malti hu kuntent bil-provvista ta’ servizzi pubbliċi, 79% wieġbu li jinsabu kuntenti u s-servizzi qed jingħataw b’mod tajjeb. Dan hu 27% aktar mill-medja Ewropea.

Fl-istess stħarriġ, il-poplu Malti qal li jafda lis-Servizz Pubbliku 17% aktar mill-medja Ewropea. F’din il-klassifika dwar il-fiduċja fis-servizzi pubbliċi, Malta tinsab fir-raba’ post fl-Ewropa.

Is-Sur Tony Sultana, il-Kap tas-Servizz Pubbliku, qal li dawn ir-riżultati se jservu ta’ bażi minn fejn titkompla l-ħidma għal servizzi aħjar u aktar diġitalizzati. Dawn ir-riżultati jixhdu r-rieda tas-Servizz Pubbliku li jkompli jaġġorna ruħu u jibqa’ joffri servizzi tal-ogħla kwalità. Fl-istess waqt huma prova oħra ta’ kemm l-ogħla livelli ta’ governanza li jħaddan is-Servizz Pubbliku qed ikomplu jixprunaw iktar fiduċja mill-klijenti tiegħu.

Il-Eurobarometer huwa stħarriġ li jsir mill-Kummissjoni Ewropea darbtejn fis-sena u jkejjel is-sentiment ta’ kull poplu Ewropew.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow