Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitnieda l-ewwel simpożju nazzjonali – “L-Istat tal-Arti”

pr221123
Date Icon 02/09/2022

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tnieda l-ewwel simpożju nazzjonali  bl-isem “L-Istat tal-Arti", li se jsir fis-26 u s-27 ta' Ottubru, fil-Valletta Campus Theatre fl-Università ta' Malta. Is-simpożju se janalizza s-settur artistiku ta' Malta u jiddiskuti kwistjonijiet li jiffaċċjaw l-artisti u l-prattikanti kreattivi, fid-dawl tal-isfidi lokali u globali.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali  Owen Bonnici spjega li din hija wegħda oħra elettorali li qed titwettaq u tirrifletti l-viżjoni tal-gvern għas-settur artistiku ta' Malta bħala pilastru importanti għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż.

Owen Bonnici saħaq li din se tkun okkażjoni biex jissaħħaħ aktar id-djalogu ħaj fost il-partijiet interessati kollha li huma involuti f'dan is-settur.

Is-simpożju se jesplora diversi temi deskritti fl-Istrateġija 2025, li kienet ippubblikata riċentement, fosthom il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-artisti, il-libertà u l-espressjoni artistika, l-arti u l-iżvilupp sostenibbli, u d-drittijiet kulturali, fost oħrajn. Waqt is-simpożju se jsiru għadd ta' panel discussions, workshops u opportunitajiet ta' networking ma' artisti internazzjonali u lokali.

Min-naħa tagħha, id-Direttur tal-Fondi u l-Istrateġija fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti Mary Ann Cauchi sostniet li “Dan is-simpożju huwa opportunità unika għalina biex neżaminaw b'mod kritiku s-setturi artistiċi f'Malta, partikolarment fid-dawl tar-realtajiet globali ta' sfida li inevitabbilment isawru l-prattika artistika f'Malta. Dan huwa partikolarment pertinenti fid-dawl tat-tnedija riċenti tal-Istrateġija 2025, li tistabbilixxi l-viżjoni u l-prijoritajiet strateġiċi tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-snin li ġejjin."

Waqt is-simpożju, kelliema ewlenin se jinkludu lill-Professur Milena Dragićević Šešić, Shain Shapiro u Sara Whyatt.

Ir-reġistrazzjonijiet għas-simpożju huma miftuħa u dawk li huma interessati li jattendu jistgħu jirreġistraw fuq maltaartssymposium.com. Rati mnaqqsa huma disponibbli għal studenti, adulti anzjani, u rappreżentanti minn NGOs u organizzazzjonijiet volontarji. Aktar informazzjoni dwar is-simpożju, inkluż il-programm sħiħ, huma disponibbli fuq maltaartssymposium.com.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitnieda l-ewwel simpożju nazzjonali – “L-Istat tal-Arti”
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitnieda l-ewwel simpożju nazzjonali – “L-Istat tal-Arti”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow