STQARRIJA MILL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI Tagħlaq il-Konferenza tal-2022 tal-CAPAC
Darren Carabott, Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, ħa sehem fil-Konferenza tal-Assoċjazzjoni tal-Kumitati dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-Commonwealth (CAPAC) li nżammet fit-30 u l-31 ta' Awwissu 2022 ġewwa l-Maldives. Matul il-konferenza, li għaliha attendew diversi chairpersons ta' kumitati dwar il-kontijiet pubbliċi minn madwar il-Commonwealth, fosthom mir-Renju Unit, ġew diskussi diversi temi li ttrattaw il-mod li bih jaħdmu dawn il-kumitati, u kif jista' jsir titjib fil-mod kif l-istess kumitati jagħmlu l-investigazzjonijiet u joħorġu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.
Waqt l-istess konferenza ltaqa' l-Kumitat Eżekuttiv tal-CAPAC fejn is-Sur Carabott ġie magħżul sabiex iservi fuq dan il-kumitat għas-sentejn li ġejjin.
Il-konferenza ngħalqet b'indirizz mill-Ispeaker tal-Parlament tal-Maldives.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946