Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Panaxia b’investiment ta’ €6 miljun f’faċilità tal-kannabis mediċinali

pr221021
Date Icon 29/07/2022

Kumpanija Iżraeljana tal-kannabis mediċinali tippjana espansjoni bikrija f'Malta

Panaxia, kumpanija Iżraeljana tal-kannabis mediċinali, investiet €6 miljun f'faċilità f'Malta u se tkompli ssaħħaħ il-konnessjoni tagħha ma' pajjiżna bi pjanijiet għal espansjoni bikrija fil-produzzjoni lokali biex tkompli żżid l-investiment kapitali tagħha.

Dan tħabbar waqt żjara mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli fl-impjant tal-Panaxia f'Ħal Far. Wara li tlestiet l-ewwel fażi tal-investiment, il-kumpanija kisbet il-liċenzja tal-GMP għall-faċilità bbażata f'Malta, hekk kif matul il-ġimgħat li ġejjin se tkun qed tesporta l-ewwel prodotti tagħha lejn il-Ġermanja.

Apparti l-impjant f'Malta, Panaxia topera minn pajjiżi oħra fl-Istati Uniti, il-Kanada u l-Afrika ta' Isfel, filwaqt li qiegħda fi proċess li tirreġistra l-prodotti tagħha lejn il-Portugall, il-Greċja, il-Polonja u l-Brażil fost l-oħrajn.  Panaxia tipproduċi aktar minn 60 prodott mediċinali li huma bbażati fuq l-estrazzjoni tal-pjanta tal-kannabis u jittrattaw fost oħrajn l-ansjetà u d-dipressjoni.

Panaxia għandha l-għan li tkompli tkabbar il-produzzjoni tagħha f'Malta bi prodotti fis-suq Ewropew kif ukoll fl-Amerika Latina. Għalhekk il-faċilità f'Malta se tkompli tiddiversifika l-operat tagħha għal firxa wiesgħa ta' prodotti oħra li jvarjaw minn pilloli, żejt u produzzjoni oħra estratti mil-kannabis, kif ukoll provi kliniċi, esperimenti ta' stabbiltà, riċerka u żvilupp.

Il-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli rringrazzjat lil Panaxia għall-fiduċja tagħhom fil-ġurisdizzjoni Maltija u ddeskriviet lil Panaxia bħala storja ta' suċċess għal waħda mill-aktar niċeċ ekonomiċi ġodda.

“Malta Enterprise ilha f'diskussjonijiet ma' Panaxia sa mill-ewwel ġranet li għaddiet il-liġi fl-2018. Illum Panaxia qed timmarka l-bidu tal-produzzjoni attwali tagħha, fejn diġà qed tippjana li tkompli tkabbar il-faċilità tagħha. Dan huwa tragward ieħor milħuq mill-industrija tal-kannabis mediċinali, industrija li qed tkompli ssaħħaħ is-settur tal-farmaċewtika. Malta hija l-post ideali għal dawn il-faċilitajiet fejn qed jiġu żviluppati prodotti speċjalizzati għas-settur dinji mediċinali".

Is-Sur Dadi Segal, CEO ta' Panaxia esprima apprezzament għat-tim lokali tal-kumpanija u rringrazzja lil Malta Enterprise għall-appoġġ tagħha. “Ninsab impressjonat bil-ħidma tal-Malta Enterprise u għall-appoġġ tagħha fuq diversi livelli lejn it-tim ta' Panaxia f'Malta, mhux biss għall-għajnuna finanzjarja imma wkoll għall-komunikazzjoni u għas-sapport kontinwu. Kellna nibnu din il-faċilità mill-bidu nett u l-proċess kien twil imma wieħed kajman permezz tal-gwida konsistenti tal-Malta Enterprise".

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Panaxia b’investiment ta’ €6 miljun f’faċilità tal-kannabis mediċinali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Panaxia b’investiment ta’ €6 miljun f’faċilità tal-kannabis mediċinali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Panaxia b’investiment ta’ €6 miljun f’faċilità tal-kannabis mediċinali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow