Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ktejjeb għat-tfal li jqajjem kuxjenza akbar dwar il-vjolenza domestika

pr221016
Date Icon 28/07/2022

Imniedi l-ktejjeb “Karolina, Ferdi u s-saħħar il-ħazin", li huwa mmirat għal tfal ta' bejn it-8 u t-12-il sena. Bil-mod sempliċi u spjegat tiegħu, jgħin mhux biss lit-tfal li jkunu għaddejjin minn problemi simili, iżda anke lill-professjonisti biex jifhmu aħjar l-effetti devastanti li jġorru magħhom it-tfal tul ħajjithom.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon li spjega li permezz ta' dan il-proġett, il-passjoni, l-esperjenza u l-ispeċjalizzazzjoni tal-professjonisti edukattivi u dawk soċjali ngħaqdu flimkien.

Huwa faħħar din l-inizjattiva li ttieħdet minn Trobbija Pożittiva, il-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika. “Kemm huwa importanti li ninżlu għal-livell tat-tfal u nifhmu l-esperjenzi tagħhom mill-qrib. Ikun għalxejn jekk ma jirnexxilniex nibnu sens ta' fiduċja, sabiex imabagħad huma jkunu komdi jitkellmu dwar dak li għaddew minnu."

Permezz ta' dan il-ktieb, it-tfal,  bl-għajnuna tal-ġenituri, l-għalliema u l-professjonisti, isibu l-kliem sabiex jitkellmu fuq suġġett delikat u diffiċli, b'mod li mhux tqil u li jista' jgħin lit-tfal jindunaw li mhumiex waħedhom f'dawn is-sitwazzjoniijiet ibsin.

Il-ktejjeb se jkun disponibbli fil-libreriji kollha ta' Malta u Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ktejjeb għat-tfal li jqajjem kuxjenza akbar dwar il-vjolenza domestika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ktejjeb għat-tfal li jqajjem kuxjenza akbar dwar il-vjolenza domestika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow