Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX DCapitals ittella’ l-kunċert annwali tagħha fiċ-Ċittadella

pr221014
Date Icon 28/07/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li s-Sibt, 30 ta' Lulju, il-band Għawdxija DCapitals se tkun qed ittella' l-kunċert annwali tagħha fiċ-Ċittadella, taħt id-direzzjoni ta' George Apap.

Id-dħul għal dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas u se jkun qed isir fil-foss taċ-Ċittadella. Il-Ministru Camilleri tkellem dwar kif dan il-kunċert issa sar parti mill-avvenimenti kulturali l-kbar li jsiru ta' kull sena f'Għawdex filwaqt li stqarr li “Wieħed mill-għanijiet tagħna bħala Ministeru għal Għawdex huwa li nesponu t-talenti ta' mużiċisti Għawdxin filwaqt li nappoġġjaw u nkomplu nsostnu bands bħalma hi Dcapitals".

Il-Ministru Camilleri ħabbar li din is-sena flimkien ma' DCapitals se tingħaqad mistiedna speċjali, il-kantanta Spanjola tar-Rock-Opera Cristina Ramos, ir-rebbieħa ta' Spain's Got Talent (2016), La Voz - Mexico (2017) u finalista ta' America's Got Talent (2019). Il-kunċert ta' DCapitals se jibda fid-21.00 u fih se jipparteċipaw ukoll Francesca Sciberras, Gail Attard, Danica Muscat, Eliza Stellini, u Fabian Galea.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li ta' kull sena jkun hemm stennija kbira għall-kunċert ta' DCapitals filwaqt li awgura li għal sena oħra jkun ta' suċċess. Huwa temm billi ħeġġeġ lil dawk kollha interessati biex jattendu għal dan il-kunċert li bla dubju se jkun raġuni oħra għaliex wieħed għandu jżur Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX DCapitals ittella’ l-kunċert annwali tagħha fiċ-Ċittadella
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow