STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI: Ivan Falzon maħtur Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta
pr220950
13/07/2022
Is-Sur Ivan Falzon inħatar Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali.
Is-Sur Falzon serva bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Qabel din il-kariga, hu okkupa numru ta' rwoli ta' tmexxija fis-setturi tas-saħħa u tal-avjazzjoni. Is-Sur Falzon kien strumentali f'numru ta' proġetti ta' trasformazzjoni li saru matul dan il-perjodu. Dan filwaqt li s-servizz tajjeb lill-klijent dejjem baqa' bħala parti ċentrali u importanti mill-missjoni tiegħu.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946