Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Għajnuna ta’ €700,000 lis-sajjieda minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil

pr220928
Date Icon 08/07/2022

Ġiet imnedija għajnuna finanzjarja li tammonta għal €700,000  li se tkun qed tingħata lis-sajjieda minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil kawża tal-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja.

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said ħabbru skema ta' għajnuna finanzjarja temporanja, fejn il-Gvern Malti se jkun qed jintervjeni finanzjarament biex itaffi l-ispejjeż tal-operat li jintuża mis-sajjieda Maltin u Għawdxin waqt li jkunu qed iwettqu x-xogħol tagħhom.

Ġie spjegat li ntbgħatu 393-il applikazzjoni lis-sajjieda li huma rreġistrati mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura (MFA). L-għotja li ser tingħata hija ekwivalenti għaż-żieda fil-prezz tal-fjuwil meta mqabbel maċ-ċifra bażi ta' Frar 2022, dik li tammonta għal madwar €0.65c għal kull litru li jinxtara.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Anton Refalo aċċenna kif “dak li ħabbarna llum hija turija ċara oħra ta' kemm dan il-Gvern huwa kommess li jkompli jservi ta' spalla għal dawk kollha li jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum minn dan il-qasam. Dan anke minħabba l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom, partikolarment kawża tal-kunflitt fl-Ukrajna." Huwa żied jgħid kif il-Gvern qed jinvesti bis-saħħa sabiex l-ekonomija ta' pajjiżna tibqa' waħda b'saħħitha.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said sostniet li “il-mira tagħna f'dan iz-żmien partikolari hu li nkomplu nassistu lis-sajjieda Maltin u Għawdxin, filwaqt li niffaċiltawlhom l-aċċess għall-skemi ta' għajnuna finanzjarja li jgawdu minnhom fis-settur marittimu lokali. Bħalma l-Gvern kien lest li jagħti għajnuna diretta lil numru ta' setturi ekonomiċi differenti waqt l-eqqel tal-pandemija tal-Covid-19, illum il-Gvern ħass li dan is-settur tant kruċjali u storiku f'pajjiżna, jingħata għajnuna simili, huwa u jiffaċċja din it-theddida globali. B'għajnuna bħal din ngħinu anke l-istabbiltà tal-prezzijiet tal-ħut, u għaldaqstant qed inkunu wkoll ta' spalla mal-konsumaturi."

L-applikazzjonijiet jagħlqu fid-29 ta' Lulju 2022 u għandhom jintbagħatu bil-posta u jiġu ndirizzati lil Projects Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, Għammieri Goverment Farm, Triq l-Ingiered, Marsa; jew billi jżuru wieħed mid-diversi uffiċini tal-ħatt li jinsabu madwar Malta u Għawdex. Mal-applikazzjoni, is-sajjieda jridu jissottomettu kopja tal-irċevuti maħruġa meta jixtru l-fjuwil għall-bastiment/i tas-sajd tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Għajnuna ta’ €700,000 lis-sajjieda minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Għajnuna ta’ €700,000 lis-sajjieda minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow