Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: EkoSkola fil-Parlament ta’ Malta 2022

pr220884
Date Icon 30/06/2022

L-Ispeaker Anġlu Farrugia mexxa l-ħmistax-il edizzjoni tal-EkoSkola fil-Parlament ta’ Malta. Din is-sena, diversi skejjel kemm pubbliċi, privati, tal-Knisja u indipendenti ħadu sehem fl-attivitajiet ta’ dan il-programm organizzat minn Nature Trust – Malta, intiż biex dejjem jiżdied l-għarfien dwar l-importanza tal-ambjent u l-ħtieġa li kemm iż-żgħar u l-adulti jkunu attivi f’ħidma dwar il-ħarsien tal-ambjent ta’ madwarna.  

F’kelmtejn li għamel, l-Ispeaker saħaq fuq l-importanza li l-ambjent, kemm dak naturali u l-patrimonju storiku, jinżamm f’għaqda tajba, nadif u sabiħ, ħalli lkoll kemm aħna nkunu kuntenti u b’saħħitna u ngħixu ħajja tassew dinjituża.

L-Ispeaker tkellem ukoll dwar l-obbligu tal-mexxejja fid-dinja li jħabirku sabiex iwettqu b’mod sħiħ l-objettivi ta’ żvilupp sostennibbli (Sustainable Development Goals), li intrinsikament huma marbuta ma’ għajxien dinjituż. Dawn jinkludu: (a) ħidma biex jinqered il-faqar mid-dinja; (b) ikel suffiċjenti lil kull persuna; (ċ) kura mill-ifjen lill-morda kollha; (d)  edukazzjoni ta’ kwalità għolja aċċessibbli lil kulħadd; (d) ħidma kontra kull diskriminazzjoni u diżugwaljanza; (e) aċċess lil kulħadd għall-ilma nadif u tajjeb għax-xorb; (f) xogħol diċenti lil kulħadd; (h) investiment fl-infrastruttura, industrija innovattiva biex tilqa’ għall-isfidi tal-preżent u l-ġejjieni; (i) żvilupp sostennibbli urban, fil-bliet u rħula; (j) konsum responsabbli tar-riżorsi naturali, frott tal-art u ikel; (k) miżuri biex jingħelbu l-isfidi fit-tibdil fil-klima; (l) miżuri biex l-ibħra jinżammu ndaf; (m) inħarsu l-patrimonju u l-pajsaġġ naturali, l-eko-sistemi u l-fawna; u (n) ħidma internazzjonali favur il-paċi u l-ġustizzja.

B’referenza għall-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 26) li saret fi Glasgow, f’Ottubru u Novembru 2021, l-Ispeaker fakkar, li minkejja li kulħadd jagħraf il-konsegwenzi iebsa, fost dawn high-temperature rise, li tista’ twassal biex għadd ta’ pajjiżi żgħar fl-oċean jistgħu jinqerdu minn wiċċ l-art, diversi pajjiżi sabu diffikultajiet biex (a) ma jibqgħux jużaw il-faħam; (b) jaddottaw politika favur investiment f’riżorsi rinovabbli, il-ħarsien tas-siġar u l-foresti u (ċ) jaqblu dwar politika ta’ enerġija li tħares l-ambjent, u politika ndustrijali hekk imsejħa ekonomija ħadra.

F’din l-edizzjoni ta’ EkoSkola fil-Parlament ta’ Malta t-tfal u  Membri tal-Parlament iddiskutew dawn it-temi ta’ importanza ambjentali:

• Trasport sostennibbli għal pajjiżna;

• Il-ħarsien tal-ambjent naturali, il-patrimonju storiku, l-ambjent rurali u urban bi spażji ħajja, b’siġar u bi pjanti endemiċi;

• Il-ħarsien tal-ibħra u l-ambjent marittmu;

• L-industrija – mezzi ta’ produzzjoni ndustrijali aktar effiċjenti b’impatt negattiv mill-anqas fuq l-ambjent;

• B’ekonomija li qed dejjem tikber, pajjiżna jeħtieġ li jkollu politika sostennibbli dwar l-iskart; u

• L-enerġija u l-provvista tal-ilma f’termini ta’ ħarsien ambjentali u żvilupp sostennibbli.

Matul din l-edizzjoni ta’ EkoSkola fil-Parlament, taw is-sehem tagħhom Miriam Dalli MP, Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża; Clifton Grima MP, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni;  Michael Falzon MP, Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal;  Anton Refalo MP, Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali; Eve Borg Bonello MP; Janice Chetcuti MP; Mark Anthony Sammut MP; u Justin Schembri MP;

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: EkoSkola fil-Parlament ta’ Malta 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: EkoSkola fil-Parlament ta’ Malta 2022
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: EkoSkola fil-Parlament ta’ Malta 2022
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow