Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Ftehim sabiex issir aktar riċerka fuq il-ġifen Puniku li jinsab ’il barra mill-kosta tax-Xlendi

pr220878
Date Icon 28/06/2022

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Università ta' Malta biex jitkomplew l-istudji fuq il-ġifen Puniku li jinsab 'il barra mill-kosta tax-Xlendi. Permezz ta' dan il-ftehim, il-Gvern qed jikkommetti €140,000 sabiex issir aktar riċerka fuq il-ġifen Puniku.

Waqt l-iffirmar ta' dan il-ftehim, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li din l-iskoperta timmerita l-attenzjoni kollha biex tkompli tixħet aktar dawl fuq kif kienu jgħixu, jissoċjalizzaw u jinnegozjaw l-antenati tagħna.

“Il-Gvern qed ikompli jiffinazja din l-esplorazzjoni li kull ma jmur qed tkompli tagħti riżultati sorprendenti u li żgur se tkun ta' għajnuna għall-istoriċi u akkademiċi, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, u dan peress li din l-iskoperta qed tkompli tqanqal l-interess barra minn xtutna," sostna l-Ministru Camilleri.

Il-Ministru qal li l-Gvern jibqa' kommess lejn din l-esplorazzjoni unika fil-Mediterran u jittama li l-ħolma ta' bosta, dik li eventwalment il-ġifen jittella' u jiġi esebit, tirnexxi fis-snin li ġejjin.

Il-Professur Alfred Vella, Rettur tal-Università ta' Malta, qal li din ir-riċerka hi ta' unur għall-Università u tkompli ssostni l-missjoni tagħha billi b'mod konkret l-Università qed turi l-preżenza tagħha qalb is-soċjetà. Ir-Rettur, filwaqt li rringrazzja lill-Ministeru għal Għawdex li qed jemmen bis-sħiħ f'dan il-proġett, awgura li matul is-snin li ġejjin isiru aktar skoperti interessanti u li jagħtu aktar dawl fuq l-epoka msemmija.

Dan il-ftehim se jassigura li x-xogħol ta' riċerka fuq dan ix-xini Puniku jitkompla matul l-erba' snin li ġejjin fejn se jsir xogħol ta' konservazzjoni, dokumentazzjoni u riċerka fost l-oħrajn minn tim ta' esperti lokali u internazzjonali mmexxija mill-Professur Timmy Gambin fi ħdan l-Università ta' Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Ftehim sabiex issir aktar riċerka fuq il-ġifen Puniku li jinsab ’il barra mill-kosta tax-Xlendi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Ftehim sabiex issir aktar riċerka fuq il-ġifen Puniku li jinsab ’il barra mill-kosta tax-Xlendi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow