Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Għoti ta’ finanzjament lil 8 kunsilli lokali li applikaw taħt l-iskema ‘Proġetti Kapitali – Aċċessibilità u Mobilità’

pr220858
Date Icon 25/06/2022

Fi Ġnien Hastings fil-Belt Valletta saret konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali fejn tmien kunsilli lokali bbenefikaw minn finanzjament ta’ ftit aktar minn €400,000 f’fondi bejniethom, mill-iskema ‘Proġetti Kapitali – Aċċessibilità u Mobilità’.

“Qegħdin nirrikonoxxu l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-kunsilli lokali biex jassiguraw kwalità ta’ ħajja l-istess għal kulħadd”, qalet is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli. Għaldaqstant, b’kontinwazzjoni mal-finanzjament varat fis-sena 2020, ġiet varata din l-iskema biex tgħin lill-kunsilli lokali jagħmlu dan aktar possibbli għall-komunitajiet rispettivi tagħhom u jkunu f’pożizzjoni li jistgħu jipprovdu kundizzjonijiet ugwali għar-residenti kollha. “Il-fakultà ta’ opportunitajiet indaqs huwa indikatur ferm importanti għal-livell ta’ żvilupp soċjali tal-pajjiż”, temmet tgħid is-segretarju parlamentari.

Il-kunsilli lokali li qed jibbenifikaw minn dawn il-fondi huma: il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard li ser jagħmel bankini ġodda għal aktar aċċesibilità, il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan għal xiri ta’ vann li jaħdem bl-elettriku, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għal public conveniences aċċessibbli fi Ġnien Hastings, il-Kunsill Lokali tal-Isla li ser jagħti aċċess għal lift, il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ser jagħmel tinda fi ġnien inklussiv, il-Kunsill Lokali tar-Rabat ser jixtri vann aċċessibbli għal persuni bi problemi ta’ mobbiltà, il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem ser iqiegħed bollards għal aktar sigurtà u aċċesss bil-mixi u l-Kunsill Lokali tal-Għarb ser ikompli jiffaċilita servizzi fit-toroq u fil-pjazez.

Id-direttur għall-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-politika fi ħdan id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali qalet li ,“Huwa dritt ta’ kull persuna li tgħix ħajja libera u indipendenti, għalhekk nisħqu li r-residenti tal-lokal u dawk li jżuru l-lokalitijiet jew jipparteċipaw fil-ħajja soċjali tal-komunitajiet tagħna għandhom ikollhom aċċess faċli għas-servizzi neċessarji kollha ta’ kuljum”.

Waqt din il-konferenza kien hemm preżenti s-sindki rispettivi tat-tmien kunsilli lokali kif ukoll rappreżentanti tad-Direttorat tal-Gvern Lokali. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Għoti ta’ finanzjament lil 8 kunsilli lokali li applikaw taħt l-iskema ‘Proġetti Kapitali – Aċċessibilità u Mobilità’
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Għoti ta’ finanzjament lil 8 kunsilli lokali li applikaw taħt l-iskema ‘Proġetti Kapitali – Aċċessibilità u Mobilità’
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Għoti ta’ finanzjament lil 8 kunsilli lokali li applikaw taħt l-iskema ‘Proġetti Kapitali – Aċċessibilità u Mobilità’
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Għoti ta’ finanzjament lil 8 kunsilli lokali li applikaw taħt l-iskema ‘Proġetti Kapitali – Aċċessibilità u Mobilità’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow