Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Imħabbra website ġdida u estensjoni tal-helplines tad-DIER

pr220806
Date Icon 16/06/2022

F'konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni llum, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul ħabbar li l-helplines 1575 u 1576 tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg (DIER), li kienu ġew imnedija b'mod temporanju waqt il-pandemija, issa se jsiru permanenti sabiex jassistu lil min iħaddem u lill-impjegati. Huwa ħabbar ukoll li d-Dipartiment ser ikun qed iniedi website ġdida li tikkonċerna l-impjegati stazzjonati Malta.

Fir-rigward tal-helplines, is-Segretarju Parlamentari spjega li fl-2020 kien hemm mal-45,000 telefonata li saru minn partijiet interessati, filwaqt li fl-2021, id-Dipartiment wieġeb total ta' 26,723 il-telefonata fuq iż-żewġt linji. Dawn kienu jikkonsistu f' 22,755 telefonata fuq in-numru 1575 li hu iddedikat għall-ħaddiema u 3,968 telefonata fuq in-numru 1576 li hu ddedikat għal min iħaddem. “Grazzi għall-estensjoni ta' dawn il-helplines, issa ser inkunu qegħdin naraw li l-għajnuna ta' waqt il-Covid tibqa' hemm," spegja s-Segretarju Parlamentari Ellul. 

Rigward il-website l-ġdida, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul spjega li l-għan tagħha hu li tagħti ħarsa ġenerali ta' x'inhu ħaddiem stazzjonat u t-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiem stazzjonat. “Apparti hekk, din il-website ser ikollha l-informazzjoni neċessarja sabiex isservi bħala gwida għall-impjegati li huma jew se jiġu stazzjonati Malta, għaliex jistgħu jsibu informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'Malta u d-drittijiet tagħhom bħala ħaddiema stazzjonati. Il-kumpaniji li ser jibgħatu l-ħaddiema tagħhom f'Malta ukoll ser ikunu jistgħu isibu informazzjoni għall-użu tagħhom," innota s-Segretarju Parlamentari.

“L-importanza ta' dan id-dipartiment dejjem qed tiżdied, anke minħabba li d-dinja tax-xogħol qed tinbidel b'mod rapidu permezz ta' forom ġodda ta' xogħol. Għaldaqstant, xogħolna huwa li meta d-dinja tinbidel, aħna naddattaw magħha, kif filfatt qegħdin nagħmlu," kkonkluda s-Segretarju Parlamentari Ellul.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Imħabbra website ġdida u estensjoni tal-helplines tad-DIER
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Imħabbra website ġdida u estensjoni tal-helplines tad-DIER
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow